Blitz, bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018, għandha l-pjaċir li tħabbar l-ewwel sejħa għall-applikazzjonijiet miftuħa biex jintbagħat artist wieħed barra minn Malta bħala parti mill-Blitz Residency Programme. Il-programm s’issa kien sejħa internazzjonali li jistieden artisti lejn Malta, biex jgħixu u jaħdmu fil-bini ta’ Blitz għal xahar. F’din l-okkażjoni, artisti li qed jgħixu u jaħdmu f’Malta huma mistiedna biex japplikaw biex jipparteċipaw f’residenza ta’ xahar fil-Greċja, permezz ta’ sħubija ġdida eċċitanti bejn Blitz u Snehta, organizzazzjoni mmexxija mill-artisti bbażata f’Ateni.
Il-Blitz Residency Programme huwa linja ewlenija tal-programm artistiku u pubbliku, maħluq biex jiffaċilita skambju fit-tul kulturali u internazzjonali, filwaqt li jsaħħaħ ir-rwol bħala inkubatur kulturali u għaqda ewlenija għall-prattika tal-arti kontemporana f’Malta. Żur il-websajt tal-Blitz Residency għal aktar informazzjoni dwar il-programm, u r-residenti tal-passat, tal-preżent u tal-futur.
Fil-ħarifa tal-2017, Snehta se tiftaħ il-bibien tagħha għal tmien prattikanti tal-arti kontemporanja internazzjonali biex jgħixu u jaħdmu f’Ateni – ir-residenza Blitz-Snehta se tibgħat artist wieħed bħala parti minn din ir-residenza li se ssir f’Ottubru tal-2017.
Kull artist għandu aċċess għal kuratur ibbażat f’Ateni, biex jaħdem matul ir-residenza tiegħu b’appoġġ tar-riċerka tagħhom u fil-ħolqien ta’ wirja. Il-kuratur se jkun f’diskussjoni mal-artisti qabel u matul iż-żjara tagħhom f’Ateni dwar ix-xogħol u l-intenzjonijiet tagħhom, bil-għan li tinħoloq kollaborazzjoni soda bejn l-artisti nfushom u x-xena lokali. Ir-rwol tal-kuratur se jkun li jiggwida, jiddiskuti u jaħdem mal-artisti kollha lejn idea jew kunċett. Ir-residenza timmira li toħloq tkabbir organiku tal-ideat bejn il-kuratur u l-artisti li se tirriżulta fil-preżentazzjoni finali li se tkun il-prodott reċiproku ta’ kull min se kun involut. It-tim ta’ Snehta se jkun qed jikkoordina u jimmonitorja din il-kollaborazzjoni.
Linji gwida u eliġibbiltà:
Qed infittxu prattikanti kontemporanji li se juru interess ġenwin fil-kuntest soċjali ta’ Ateni u li jistgħu jidentifikaw miegħu b’mod kritiku billi jisfidaw in-normi u tabùs soċjali. Qed infittxu prattikanti kreattivi li se jkunu lesti biex jikkollaboraw, jaħdmu ma’ artisti u ma’ kuraturi oħra. Kandidati ta’ Snehta għandhom juru interess lejn il-komunità lokali ta’ Kypseli jew lejn komunitajiet oħrajn ibbażati fil-belt. Aħna interessati f’artisti li jkollhom approċċ ibbażat fuq ir-riċerka u esplorattiv, u li se jinvolvu ruħhom b’mod allegru u kreattiv mal-Belt. Qed infittxu persuni li se juru interess ġenwin li jaslu għal konklużjonijiet ġodda dwar l-għarfien tagħhom tal-Belt. Se ningaġġaw artisti li jemmni fl-Arti bħala vettura għaż-żieda tal-għarfien u l-parteċipazzjoni fil-komunità.
Il-proġett huwa bbażat fuq ir-riċerka u x-xogħol magħmul minn din ir-riċerka minn kull artist jista’ jiġi eżebit f’wirja matul il-perjodu tar-residenza tiegħu. Il-kuratur ibbażat f’Ateni ta’ Snehta se jikkollabora mill-qrib mal-artisti u se jkun kokuratur tax-xow tat-tmiem magħhom. Snehta reċentement bdiet tikkollabora mal-Elika Gallery bbażata f’Ateni biex tagħmel ix-xogħol tar-residenti disponibbli b’mod kummerċjali. Aħna noffru gwida u appoġġ individwali għall-iffaċilitar ta’ kull proġett, inkluż il-kisba ta’ bosta riżorsi mitluba, kemm jekk tekniċi kif ukoll oħrajn. L-artisti għandhom jibnu djalogu mat-tim ta’ Snehta biex jitolbu l-assistenza. Nistgħu nipprovdu lill-artist b’għodda personalizzati, li jistgħu jinkludu siti ta’ interess, mapep u kuntatti utli possibbli. Ninkoraġġixxu lill-artisti biex jinteraġixxu ma’ organizzazzjonijiet u individwi kreattivi oħrajn ibbażati f’Ateni. Noffru lill-artisti l-appoġġ biex jgħaddu l-messaġġ tagħhom lejn dawn l-organizzazzjonijiet u individwi. Noffru traduzzjoni ta’ testi mill-Ingliż għall-Grieg u nistgħu naħdmu bħala medjaturi għall-preżentazzjoni u l-ħolqien ta’ proposti għal proġetti addizzjonali. Ninkoraġġixxu u nistgħu nappoġġjaw artisti residenti biex ikollhom avveniment ta’ studjow miftuħ u diskussjoni fin-nofs tar-residenza tagħhom. Il-progress u x-xogħol ta’ kull artist se jiġi promoss fin-netwerk tagħna: il-websajt, il-Facebook, it-Twitter u fl-e-newsletter ta’ Snehta Residency. Nixtiequ nsaħħu u nrawmu kollaborazzjonijiet li huma lil hinn mill-konfini tar-Residenza, b’hekk għal kwalunkwe żjarat ta’ ritorn, ngħinuhom kemm nistgħu billi nagħtuhom assigurazzjoni tan-netwerk u tal-appoġġ tagħna.
Ir-residenza hija miftuħa għall-artisti kollha bbażati f’Malta. Applikanti mhux Maltin iridu jkunu ilhom jgħixu u jipprattikaw f’Malta għal minimu ta’ sentejn u jkunu kapaċi juru involviment max-xena kulturali lokali, pereżempju permezz ta’ wirjiet, pubblikazzjonijiet, edukazzjoni, prattika fl-istudjow, jew prattika bħala professjonist tal-arti. L-applikanti għandhom ikunu ċittadini Maltin jew ikollhom fil-pussess tagħhom permess tar-residenza ta’ Malta jew ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija jew passaport Malti.
Applikazzjonijiet elettroniċi biss jiġu aċċettati. Jekk jogħġbok uża l-Adobe Acrobat biex tikteb fuq il-formola PDF, inkella pprintja, imliha bl-idejn u scanjaha. Is-sottomissjonijiet kollha u l-materjal mehmuż kollu għandu jintbagħat fuq [email protected] jew bħala ħolqa tal-email diretta, jew ixxerjati ma’ [email protected] permezz ta’ Dropbox jew Google Drive. Il-ħoloq m’għandhomx jeċċedu l-10MB. Deċiżjonijiet isiru minn bord ta’ selezzjoni li huwa kompost minn ġurija tal-għażla tal-Blitz Residency Programme (għal aktar informazzjoni żur http:// blitzresidency.com/about/selection-panel/)id-Direttur ta’ Snehta Director, u kuratur estern ibbażat f’Ateni li se jaħdem mill-qrib mal-artist matul id-durata tiegħu/tagħha. L-applikazzjonijiet se jiġu evalwati fi żmien madwar erba’ ġimgħat tad-data ta’ skadenza. Jekk jogħġbok innota li applikanti magħżula biss se jiġu infurmati. Id-deċiżjonijiet huma finali u ma jistgħux jiġu negozjati. Biex tapplika għar-residenza Blitz-Snehta jekk jogħġbok imla l-formola tal-applikazzjoni u ibgħatha flimkien mas-CV tiegħek (massimu paġna 1), kopja scanjata tal-ID card / passaport / karta taċ-ċittadinanza, u portafoll ta’ mhux aktar minn 10 xogħlijiet tiegek. L-għażla hija bbażata mhux biss fuq l-isfond akkademiku jew professjonali tal-applikant iżda l-bord tal-għażla se jagħti attenzjoni partikolari għas-saħħa tal-proposta tal-proġett. Applikanti magħżula se jiġu mistiedna għal intervisti mal-bord tal-għażla. L-applikanti kollha huma mistennija li jkunu fluwenti fl-Ingliż.
Materjal Viżwali/Portrafoll
Jekk jogħġbok issottometti xogħol li jkun tlesta fl-aħħar sentejn. Materjal li jeċċedi l-limiti hawn taħt mhux se jiġi meqjus mill-kumitat.
- 10 stampi f’format jpeg, daqs massimu ta’ 1MB għal kull stampa
- 2 minuti (tul massimu) ta’ vidjow diġitali, ospitat minn Youtube jew Vimeo.
Tul ta’ żmien, disponibbiltà & spejjeż
Ir-residenza hija għal erba’ ġimgħat f’Ottubru tal-2017. Ir-resident magħżul jiġi pprovdut b’alloġġar – kamra tas-sodda f’appartament kondiviż, u studjow tax-xogħol. Spejjeż tal-ajru huma rimborżati sa valur ta’ €200. Sussistenza ta’ kuljum u spejjeż tal-materjali huma r-responsabbiltà tal-artist. L-ebda għotjiet m’huma disponibbli bħalissa, iżda l-kandidat magħżul tista’ tinħariġlu ittra ta’ aċċettazzjoni għal applikazzjonijiet ta’ għotjiet u fondi.
Data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet ġiet estiża sal-15 ta’ Lulju 2017. Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni jistgħu jinsabu fuq din il-ħolqa.