DESKRIZZJONI TAX-XOGĦOL
Titolu: Uffiċjal Ambjentali
Jirrapporta lil: Direttur Eżekuttiv
Informazzjoni Ġenerali
Il-Fondazzjoni Valletta 2018, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tat-titolu tal-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018, teħtieġ is-servizzi ta’ Uffiċjal Ambjentali fuq bażi part-time.
Għan tax-xogħol:
Matul u fil-preparamenti għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tfittex is-servizzi ta’ Uffiċjal Ambjentali biex jingħaqad ma’ tim impenjat u enerġetiku fil-koordinazzjoni tal-Programm Kulturali għall-2018.
L-Uffiċjal Ambjentali se jkun responsabbli biex jiggwida l-Programm ta’ Valletta 2018 lejn prattiki aktar sostenibbli u favur l-ambjent. L-Uffiċjal Ambjentali se jikkoordina u jassisti fl-implimentazzjoni tal-Politika Ambjentali ta’ Valletta 2018 fi ħdan bosta dipartimenti, internament u esternament.
Kompiti u Responsabbiltajiet Ewlenin:
- Koordinazzjoni mal-konsulent estern tas-sostenibbiltà
- Il-bini ta’ ppjanar operattiv għal żmien qasir u żmien fit-tul li jinkorpora prattiċi sostenibbli
- Li jaġixxi bħala persuna li jħarreġ biex jeduka t-timijiet tal-produzzjoni, il-koordinaturi u l-imsieħba fil-prattiċi sostenibbli
- Isib soluzzjonijiet f’isem it-timijiet tal-produzzjoni biex jassisti fl-implimentazzjoni tal-politika
- Iwettaq analiżi tal-effettività tal-inizjattivi tas-sostenibbiltà fis-seħħ u jiżviluppa u jimplimenta sistemi biex jitkejjel il-progress tagħhom
- Jimmonitorja l-attivitajiet prodotti u koprodotti mill-fondazzjoni biex jiżgura li l-politiki ambjentali huma fis-seħħ u qed jiġu mħarsa
- Iżomm kuntatt u jikkoordina ma’ fornituri tas-servizz terzi biex jiżgura l-implimentazzjoni b’suċċess tal-politika
- Iżomm kuntatt mat-timijiet tal-komunikazzjoni u tal-marketing biex jippromwovi strateġiji tal-marketing speċifiċi
- Iżomm kuntatt mad-dipartimenti rilevanti inkluż id-Dipartimenti tar-Riċerka u tal-Voluntiera.
Kwalifiki & Esperjenza:
- Esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi tal-attivitajiet sostenibbli,
- Lawrja f’qasam rilevanti,
- Esperjenza ta’ ħidma/volontarjat fis-setturi ambjentali u għat-twassil ta’ bidla fl-oħrajn,
- Esperjenza fil-koordinazzjoni tal-ippjanar operattiv għal gruppi diversi
- Esperjenza fil-ġestjoni ta’ programm u fl-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni ta’ suċċess
- Esperjenza ta’ kowċing, appoġġ jew taħriġ ta’ persunal u fornituri interni u esterni
Kompetenzi:
- Għandu jkollu ħiliet tajba tal-komunikazzjoni
- Għandu jkun awtomotivat u kapaċi jimmotiva l-persunal fil-livelli kollha
- Għandu jkollu ħiliet analitiċi u ħiliet tal-kitba tar-rapporti tajbin
- Għandu jkollu ħiliet tal-IT
- Għandu jkollu kondotta nadifa tal-pulizija
- Għandu jkun familjari mal-politiki u l-liġijiet ambjentali
- Għandu jkun disponibbli li jaħdem fil-weekends u matul is-sigħat ta’ barra x-xogħol
Termini u Kundizzjonijiet
Kuntratt u Salarju
Din il-kariga hija fuq bażi ta’ kuntratt għal servizz definit (Freelance inkluż il-VAT) u mhux se jkun imġedded.
Il-kandidat ta’ suċċess se jkun mistenni jaħdem fuq bażi part-time (jumejn fil-ġimgħa).
Il-ħlas jiġi negozjat skont l-esperjenza u l-kwalifiki.
Applikazzjonijiet
Applikanti interessati għandhom jibgħatu ittra ta’ applikazzjoni flimkien ma’ kopja tal-Curriculum Vitae tagħhom fuq [email protected] sa mhux aktar tard mit-Tnejn 10 ta’ Lulju 2017, nofsinhar.
Applikanti għandhom jispeċifikaw b’mod ċar li qed japplikaw għall-kariga ta’ “Uffiċjal Ambjentali” fis-suġġett tal-email tagħhom.
Dan huwa kuntratt għal servizz, jumejn fil-ġimgħa, ibbażat fl-Uffiċċji ta’ Valletta 2018.