FRAGMENTA ġiet imwaqqfa fl-2013 bħala pjattaforma biex tippreżenta l-arti kontemporanja jew attivitajiet oħra fi spazji pubbliċi jew semipubbliċi fuq il-Gżejjer Maltin. Bħala spazju ta’ proġetti mingħajr spazju fiżiku, il-missjoni ta’ FRAGMENTA hija li toffri esperjenzi fil-forma ta’ attivitajiet, li jsiru f’postijiet jew ambjenti differenti madwar Malta, li jdumu massimu ta’ 24 siegħa, u joffru lill-pubbliku u lill-persuni għaddejja opportunità biex jimpenjaw ruħhom mal-arti u ma’ wħud mill-kwistjonijiet rilevanti u kumplessi ta’ żmienna.
L-attività spontanja Imħabba bl-Addoċċ se tinkludi lil Roxman Gatt, u se ssir fil-parkeġġ pubbliku ta’ Ta Qali (bejn il-Meridiana wineyards u l-korsa tat-tlielaq quddiem l-MFCC) fit-23 ta’ Awwissu, 7pm sa nofsillejl, bil-prestazzjoni tibda fit-8pm.
L-inspirazzjonijiet ta’ Roxman Gatt huma l-karozzi u l-fissazzjoni fuq oġġetti u marki f’soċjetà kapitalista tal-konsumaturi, epitomizzata bl-imħabba lejn il-karozzi tal-irġiel: “Jien konxja li din il-kultura tal-karozzi hija popolari f’pajjiżi oħra, imma dejjem affaxxinawni l-irġiel Maltin u l-ossessjoni tagħhom bil-‘Bejbi’ jew l-‘Anġlu’ tagħhom.”
L-attività tikkonsisti minn:
Roxanne Gatt (1989, Mosta, Malta), magħrufa wkoll bil-psewdonimu tagħha Roxman Gatt, tgħix u taħdem f’Londra. Ix-xogħol multidixxiplinarju tal-artista jiġbor it-test, il-pittura, 3D, il-vidjow, il-ħoss, il-fotografija, l-installazzjoni u l-prestazzjoni. Ir-riċerka ta’ Roxman tesplora s-sesswalità, l-identità, in-nisa fi ħdan kuntesti kulturali popolari u l-konsum. L-estetika ordinarja u l-internet isiru kemm għodda kif ukoll raġuni biex tipproduċi x-xogħol. Roxman ingħatat il-Chris Garnham Prize (2015) kif ukoll il-Magnum Showcase Online Photography Award (2013). Wirjiet riċenti jinkludu: Homo Melitensis: An incomplete inventory in 19 Chapters, il-Padiljun ta’ Malta, il-Biennale ta’ Venezja, Venezja, l-Italja, The Sacred 419, The Square Gallery, Londra, ir-Renju Unit, Bloomberg New Contemporaries, ICA, Londra u Bluecoat Liverpool (2016).