Insejt l-aħħar darba li sajjart xi ħaġa d-dar? Jew insejt x’inhu frisk? Insejtx l-irwejjaħ żejtnin mill-gabbani jsajru l-patata ta’ kull xorta?
Il-poeżija fiha doża ta’ togħma, u xamm, u mess u ħars u smigħ. L-ikel l-esperjenza poetika fi proċess u l-poeżija sinestesija.
Ejja u aqra poeżija jew tnejn nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru 2017, 8:00PM, ġewwa Abdilla Importers/Exporters, Ta’ Qali. U l-ikel imbagħad jiġi wara.
Din l-attività tagħmel parti mill-proġett Poetry in Potato Bags li huwa parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018.
Din t’hawn taħt hija ħolqa għall-mappa tal-post. Il-post jinsab fit-tarf ta’ Triq l-Idward, Ta’ Qali, eżattament wara l-Ambaxxata Amerikana.