Subjective Maps se jinġabru minn sitt lokalitajiet differenti f’Malta u Għawdex, inkluż il-Belt Valletta, San Pawl il-Baħar, il-Ħamrun, Birżebbuġa, il-Gżira u Victoria (Għawdex).
L-eqdem mapep kienu mapep ta’ ‘storja’. Il-kartografi kienu artisti li ħalltu l-għarfien mas-suppożizzjoni, memorja u biżgħat. Il-mapep tagħhom iddeskrivew kemm il-pajsaġġ kif ukoll l-attivitajiet li saru fih, b’hekk jippermettu lill-vjaġġaturi biex jippjanaw rotta kif ukoll jesperjenzaw storja. – Rory MacLean
Il-proġett għandu l-mira li:
- Jippromwovi l-integrazzjoni b’suċċess ta’ ċittadini ta’ minorità u mhux Maltin fil-komunità Maltija.
2. Jidentifika d-diversità fir-relazzjonijiet post-persuna u biex ipoġġi f’mappa r-relazzjonijiet li l-persuni jkollhom mal-post fejn jgħixu u l-post li jsejħu ‘dar’.
3. Jiġbor narrattivi viżwali ta’ residenti tal-bliet u l-komunitajiet tagħhom.
4. Jagħti valur lill-viżjonijiet tal-komunità bħala kapital li jista’ jinqasam.
5. Jipprovdi rappreżentazzjoni ġdida tal-belt/raħal/komunità li hija ħielsa mill-branding kulturali li jagħti prijorità lill-valur turistiku u tal-wirt ta’ post aktar min-narrattivi u rotot tar-residenti individwali.
6. Jipprovdi pjattaforma fejn il-membri tal-komunità jiltaqgħu u jiddiskutu l-ispazji pubbliċi tagħhom.