Isma’ r-riħ, isma’ l-melodja.

Wasal iż-żmien għalik, ir-rakkontatur, biex tirrakkonta l-ġrajja.

Qed infittxu rakkontaturi, persuni li jaqraw l-istejjer, biex isaħħru bl-istorja ta’ Orfeo & Majnun, teatru tal-emozzjonijiet dwar l-imħabba, it-telfa u x-xewqa u l-poter tal-mużika. Flimkien, se ngħaqqdu flimkien il-leġġenda tal-qedem Griega ta’ Orpheus and Eurydice mal-istorja famuża Għarbija tal-imħabba Layla and Majnun fi proċess ta’ workshops ta’ bosta aspetti, irrakkontat u mfassal mill-ġdid minn artisti ta’ ġeneri differenti, b’ċittadini mill-ġenerazzjonijiet u l-isfondi kollha.

Diretturi tat-teatru, koreografi, artisti tal-vidjow/midja, artisti tar-rap, hip hoppers, artisti viżivi huma lkoll mistiedna biex jiddiskutu kif jistgħu jikkollaboraw fi proċess twil ta’ kokreazzjoni kif ukoll kif jistgħu jaħdmu fuq it-temi tal-imħabba, it-telf u x-xewqa, permezz tal-involviment tal-komunitajiet.

F’Ottubru tal-2018, din it-taħlita twassal għal wieħed mill-ikbar proġetti ta’ Valletta 2018. Se jkun hemm parcours/parata fil-miftuħ li se tinkludi l-annimali u l-kreaturi mitoloġiċi, maħluqa mill-komunitajiet lokali matul il-workshops, u prestazzjoni tal-opra li tgħaqqad flimkien il-kulturi, mużika u  lingwi minn madwar id-dinja.

 

Informazzjoni dwar il-Workshop: Ir-Rakkont

F’workshop ta’ introduzzjoni, Martina Winkel, id-direttriċi koartistika u l-librettista tal-proġett, se tintroduċi l-istejjer ta’ Orfeo & Euridice u Layla & Majnun lir-rakkontaturi.

L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet huwa li jiġu magħżula u żviluppati grupp ta’ rakkontaturi lokali, li jaħdmu f’setturi/ġeneri differenti u li idealment ikollhom esperjenza li jaħdmu f’sitwazzjonijiet parteċipattivi, li jistgħu jieħdu r-rwol ta’ mexxejja ta’ workshops matul il-proċess kreattiv tal-workshops mal-komunitajiet.

Il-proċess tal-workshops maċ-ċittadini biħsiebu jibda f’Novembru tal-2017, u se jkompli, b’intensitajiet differenti, sal-preżentazzjoni f’nofs Ottubru tal-2018. Sa tmiem il-­workshop, l-artisti għandhom ikunu kapaċi:

  • Jintroduċu t-temi u l-istejjer ta’ Orfeo & Majnun lill-komunitajiet,
  • Jiżviluppaw rabtiet bejn il-komunitajiet u l-proġett biex jipparteċipaw, f’ġeneri u setturi differenti, fi proċess kollaborattiv tal-kokreazzjoni, fil-kontribuzzjonijiet tal-komunità għall-preżentazzjoni finali f’Ottubru tal-2018.

Ingħaqad ma’ tim internazzjonali ta’ artisti f’serje ta’ skambji u kun parti minn kokreazzjoni sostenibbli u fit-tul ma’ grupp ta’ ċittadini.

 

Skeda tal-Workshop: Ngħaqqdu r-Rakkontaturi!

Post: Teatru Manoel – Studio Theatre, 81, Triq Zekka, il-Belt Valletta (mappa)

Inti mistieden tingħaqad magħna fi kwalunkwe waħda mit-tliet sessjonijiet indikati hawn taħt. L-attendenza hija mingħajr ħlas. Il-workshops huma limitati għal 12-il persuna kull sessjoni.

Ir-rakkontaturi li se jintgħażlu wara l-workshops se jingħataw ħlas għall-workshops li se jmexxu mal-komunitajiet. L-iskeda ta’ dawn il-workshops se tiġi speċifikata meta jiġi finalizzat il-proċess tal-għażla.

Sessjoni 1

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Settembru 2017

09:30 – 12:30

Sessjoni 2

Is-Sibt, 30 ta’ Settembru 2017

10:00 – 13:00

Sessjoni 3

Is-Sibt, 30 ta’ Settembru 2017

15:00 – 18:00

Jekk int interessat li tipparteċipa, indika s-sessjoni preferuta tiegħek f’din il-formola tal-Google sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Settembru 2017.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ibgħat email fuq [email protected].