Fl-isfond maestuż tal-Port il-Kbir tal-Belt Valletta, il-Pageant of the Seas tospita programm mimli attivitajiet eċċitanti matul il-ġurnata – tlielaq kompetittivi, dimostrazzjonijiet viżwali u spettakli fl-ilma – u ċelebrazzjoni kkulurita filgħaxija.
Fil-festa pubblika tas-7 ta’ Ġunju, komunitajiet lokali jieħdu sehem fi tlielaq fuq bastimenti ddisinjati u magħmula apposta għall-ġurnata. Isiru tlielaq oħra bejn għawwiema lokali, b’kull wieħed minnhom jikkompeti biex jirnexxi aktar mill-ieħor, filwaqt li jgħumu r-rotot bejn iż-żewġ fortizzi li jiddominaw il-port. Ma’ nżul ix-xemx, l-atmosfera tinbidel f’wirja tal-logħob tan-nar u effetti bid-dwal spettakolari.
Għal informazzjoni dwar it-trasport, segwi din il-ħolqa.
Ara il-programm ta’ attivitajiet għal din is-sena hawn taħt:
Il-Ħamis, 7 ta’ Ġunju, 2018
TELLIEQA TONI BAJADA
Tellieqa tal-għawm ta’ 2km, tibda u tispiċċa fis-slipway ta’ Xatt il-Barriera. Madwar mitejn għawwiem se jipparteċipaw f’din it-tellieqa f’forma ta’ tijanglu.
Organizzata minn: Birkirkara St Joseph Sports Club
Issapportjata minn: Red Cross, Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ALE Rafts
Ħin: 4.30pm
THE GRAND ENTRY
Il-Granmastru, akkumpanjat minn membri ta’ In Guardia, jidħol fil-Port il-Kbir fuq il-Fernandes – li se jkun imżejjen għall-okkażjoni – akkumpanjat minn grupp ta’ dgħajjes private. Il-Fernandes ibaħħar sa Pinto 5, fejn il-Granmastru u In Guardia jiżbarkaw. Is-sidien tad-dgħajjes privati parteċipanti huma mistiedna joħorġu mill-port, inkella jankraw id-dgħajjes tagħhom f’sezzjoni apposta fil-port.
Ħin: 5.30pm
REGATTA
Tmien dgħajjes tar-regatta Maltin u tmien dgħajjes internazzjonali jtellqu minn ħdejn id-Dwana l-antika sa Ras Ħanżir u lura
Ħin: 6.15pm
TELLIEQA TELLIQUN
Tellieqa divertenti madwar il-port fuq raftijiet magħmulin mill-parteċipanti mingħajr l-użu ta’ mutur jew qdief. Ir-raftijiet huma kollha magħmula minn materjal riċiklat.
Ħin: 6.45pm
GĦAWMA TONI BAJADA
Għawma f’linja dritta bejn Forti Sant’Anġlu u s-slipway ta’ Xatt il-Barriera. L-għawwiema kollha se jirkbu d-dgħajsa Atlantis minn ħdejn il-Pixkerija l-antika, u jiżbarkaw ħdejn Forti Sant’Anġlu minn fejn tibda t-tellieqa.
Organizzata minn: Birkirkara St Joseph Sports Club
Issapportjata minn: Red Cross, ALE Rafts u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Ħin: 7.00pm
WIRJA MINN CHAUDRON POWERBOATS
Tnax -il dgħajsa tat-tip Chaudron jidħlu fil-Port il-Kbir u jippreżentaw korjografija ta’ ħmistax -il minuta.
Ħin: 7.45pm
ĊERIMONJA GĦOTI TAL-PREMJI
Jingħata l-Palju mir-rebbieħa tal-2016 lir-rebbieħa tal-2018. Jinkludi rappreżentazzjonijiet mużikali minn baned.
8.00pm – 9.00pm
WIRJA TA’ DGĦAJJES TAL-QLUGĦ
Tmienja u għoxrin dgħajsa tal-qlugħ, imżejna bi bnadar u dwar, jidħlu fil-port mill-yacht marina tal-Kalkara u jipprezentaw korjografija ta’ għoxrin minuta.
Ħin: 9.00pm
KOR
Kor ikanta biċċa mill-opra ġdida, Aħna Refuġjati
Ħin: 9.20pm
PROJEZZJONIJIET FUQ L-ILMA
Il-Port il-Kbir se jiġi animat bi projjezzjonijiet awdjoviżwali fuq purtiera tal-ilma
Ħin: 9.45pm
LA FURA DELS BAUS
Wirja mill-grupp teatrali Spanjol, La Fura Dels Baus
Ħin: 10.05pm
GRAN FINALI
Wirja piroteknika fil-Port il-Kbir, li tinvolvi logħob tan-nar fuq numru ta’ riggijiet fl-ilma kif ukoll logħob tan-nar fl-ajru minn fuq Forti Rikasli
Ħin: 11.00pm