Għaliex iż-żgħir Gus Nightingale, tifel li ġej minn familja mużikali famuża, f’daqqa waħda jikkwieta? X’seta’ ġara tant ħażin li wassal għal HUSH? Jista’ Gus jerġa’ jsib il-vuċi vera tiegħu u jsalva lid-dinja mill-Maestro ħajjen? Gus biss jaf is-sigriet u – għalissa – m’hu se jgħid xejn…

Hush tittratta temi marbuta mas-sensi tat-telf ta’ xi ħadd, il-biża’ u t-telf ta’ kunfidenza, f’dinja maġika fejn qalb imweġġgħa kapaċi tisraq il-mużika u l-ħsejjes u tħalli d-dinja f’silenzju. Flimkien ma’ tifla ċkejkna eċċentrika jisimha Clementine Pickles, ikun jiddependi biss minn Gus biex jiskopri mill-ġdid il-qawwa moħbija li hemm fih u jeħles lil familtu mid-dwejjaq. Teatru Monoel Youth Theatre jinkoraġġixxi l-iżvilupp u jħarreġ artisti żgħażagħ, billi jħejjihom għal aktar taħriġ u għal karriera professjonali fl-arti kreattiva.

Biex tibbukkja l-biljetti, segwi din il-ħolqa: http://www.teatrumanoel.com.mt/default.asp?m=shows&id=691.

 

Ritratt: Kris Micallef