Dan il-festival tal-arti performattiva alternattiva kien qiegħed ifittex ‘donaturi tal-ispazji’ madwar Malta kollha, u jilqa’ stediniet mingħand residenti lokali biex jospitaw attivitajiet kulturali fi djar u spazji komunitarji privati. Artisti fin-netwerk ta’ Altofest kienu qed jaħdmu fil-qrib mal-komunitajiet ospitanti tagħhom, u permezz ta’ dan jibnu relazzjonijiet u jinvolvu ruħhom fi djalogu biex jipproduċu xogħlijiet tal-arti oriġinali għall-festival.
Ir-riżultat huwa wirja ta’ arti performattiva li tkopri erba’ reġjuni differenti f’Malta u li l-udjenzi jistgħu jsegwu b’mawriet madwar iċ-ċirkwit tal-festival. L-approċċ sempliċi ta’ Altofest jinkoraġġixxi l-iskambju multikulturali, u jagħti bidu għal modi ġodda dwar kif naħsbu dwar ir-rwol tal-arti kontemporanja fil-bliet.
L-iskeda għal Altofest Malta hija kif ġej:
13 ta’ April 2018 – Ftuħ fi Strada Stretta, il-Belt Valletta
20 – 22 ta’ April 2018 – Prestazzjonijiet fir-Rabat, fil-Manikata u fil-Majjistral Park
27 – 29 ta’ April 2018 – Prestazzjonijiet f’Ħal Qormi, fil-Ħamrun u Santa Venera
4 – 6 ta’ Mejju 2018 – Prestazzjonijiet fiż-Żejtun
11 – 13 ta’ Mejju 2018 – Prestazzjonijiet f’Bormla, fil-Birgu, fil-Belt Valletta, fil-Gżira u Tas-Sliema
Biex tiskopri x’se jsir f’Altofest Malta, segwi din il-ħolqa għal aktar informazzjoni dettaljata. Ir-rappreżentazzjonijiet huma b’xejn, iżda huwa meħtieġ li tibbukkja minn din il-ħolqa.
Maħluq u organizzat minn TeatrInGestAzione b’Direzzjoni Artistika ta’ Anna Gesualdi u Giovanni Trono bil-parteċipazzjoni ta’ diversi donaturi tal-ispazji f’Malta.