Bidla sinifikanti fil-kura bbażata fid-dar għall-anzjani seħħet madwar il-gżejjer Maltin matul l-aħħar deċennji permezz tal-impjieg ta’ assistenti u kustodji Filippini. Dan il-proġett jesplora l-istejjer tal-kustodji Filippini u min iħaddimhom, filwaqt li juri s-setgħa li l-arti jista’ jkollha meta tgħaddi messaġġ politiku lill-pubbliku.
Esibizzjoni tal-arti mmexxija mill-artisti Aglaïa Haritz u Abdelaziz Zerrou tenfasizza l-esperjenzi miġbura matul il-proġett, li għandhom jiġu ppubblikati wkoll sal-2018. Bil-ġabra tal-istejjer tal-gruppi vulnerabbli fil-gżejjer, Exiled Homes joħroġ id-differenzi u s-similaritajiet bejn il-ħajjiet tal-persuni Maltin u Filippini, u jrawwem it-tolleranza u l-kollaborazzjoni interkulturali.