Li kieku nistgħu inniffsu l-ibħra mal-fdalijiet kulturali li nġabru maż-żmien u li warrabna u nsejna, inkunu nistgħu nifirxu x-xbieki tagħna u bil-qabda tant prezzjuża nimilħu dinja ġdida mibnija u maħluqa fuq dak li xi darba kien jagħmilna dak li aħna.
Kaxex virtwali, b’oġġetti mwarrba mtellgħin fl-art mil-baħar, imnebbħin minn Joseph Cornell, u l-artista A.I. mill-ktieb ta’ William Gibson, il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi hija magna u moviment għall-ġbir u l-aċċess ta’ memorji Maltin li qed jintesew u li forsi jistgħu jipprovdu kuntest ġdid għar-rakkont ta’ stejjer fil-preżent u fil-ġejjieni.
Il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi, hija magna u moviment għal-ġbir, id-diġitizzazjoni u l-aċċess għal-pubbliku għal-stejjer u memorji Maltin li qed jintesew, bil-għan li jipprovdu kuntest ġdid għar-rakkont tal-ġrajjiet tal-preżent u tal-futur.
“L-għanjiet tieghi huma ta’ żmien ieħor u jiġu mill-bogħod… Jibgħatuli ħwejjeġ ġodda, għalkemm nippreferi dawk qodma…” COUNT ZERO William Gibson
Magna Żmien, moviment għall-ġbir u d-diġitizzazzjoni ta’ oġġetti u kollezzjonijiet awjdoviżivi li jinsabu fid-djar tan-nies. Biex tissommetti l-kollezzjoni tiegħek żur is-sit www.magnazmien.com jew iktbilna fuq [email protected]. Tista’ ssibna wkoll fuq FB, Twitter u Instagram @magnazmien.
Magna Żmien – Il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi huwa proġett ta’ Valletta 2018 li jagħmel parti mill-Programm Kulturali.