Tul ir-rebbiegħa 2018, se jkun hawn Malta fiera li tqanqal kurżità, mimlija divertiment fejn se jkun hemm installazzjonijiet interattivi ddisinjati minn artisti ta’ Tombs Creatius ibbażati f’Barċellona. Fil-fiera niltaqgħu ma’ Señor Tonet, karattru partikolari, mhux tas-soltu, li jintroduċina ma’ ħafna kreaturi li ltaqa’ magħhom matul il-vjaġġi strambi iżda meraviljużi li għamel.
Dan se jsir permezz ta’ installazzjonijiet li se jitwaqqfu ġo kaxxa apposta, fejn kull waħda se tkun qed tirrifletti storja differenti. Sakemm idumu Malta, Tombs Creatius se jingħaqdu mal-Esplora u l-istudenti tekniċi biex jibnu installazzjoni mekanika ġdida mfassla apposta għal Valletta 2018. Dan il-festival mifrux fuq ġimagħtejn se jibda fiċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora, u fit-tieni ġimgħa tiegħu jissokta fil-Belt Valletta; fejn permezz ta’ logħob interattiv ikun hemm esperjenzi ta’ qari ta’ stejjer mill-aktar kreattivi li żgur se jappella liż-żgħar u lil dawk li għadhom iħossuhom żgħażagħ.
Ħinijiet:
Mill-10am sal-4pm fiż-żewġ siti, minbarra s-7 ta’ April fejn il-fiera tiftaħ bejn 12-6pm.
Ara l-vidjow minn Tombs Creatius biex tiskopri aktar: