Guitarra de Tierras Imaginarias joffri vjaġġ mill-isbaħ fid-dinja affaxxinanti tal-kitarra klassika. Apparti l-ftuħ mill-grupp lokali Tact, il-kunċert ser jinkludi lill-Maestro Carlos Eduardo Bojarski, mużiċist Arġentin stabbilit ta’ fama internazzjonali b’interess fil-ħoss kontemporanju. Il-Maestro Bojarski huwa magħruf għax-xeħta kurjuża tiegħu – karatteristika li jħaddem fuq il-palk biex b’hekk kull prestazzjoni tiegħu ssir eċċezzjonali.
Il-kunċert ospitat minn Valletta 2018 huwa uniku għax il-Maestro Bojarski – qalb ir-repertorju tiegħu ta’ xogħlijiet minn Berio u mill-kompożituri magħrufa mad-dinja Latina-Amerikana Alberto Ginastera u Hèitor Villa-Lobos – ser idoqq ukoll żewġ kompożizzjonijiet maġġuri bil-kitarra mill-kompożitur kontemporanju Malti l-Maestro John Zammit Pace, inkluża l-premiere dinjija ġdida tiegħu Third Sonata.
Dan il-kunċert se jittella’ fil-5 ta’ Mejju 2018 fir-restaurant Bacchus, l-Imdina, 8pm.