Mingħajr il-migrazzjoni u l-ivvjaġġar, il-Mediterran ma kienx ikun dak li hu llum: reġjun b’firxa rikka ta’ sfondi u wirt kulturali. Il-poeta Malti Antoine Cassar kiteb poeżija dwar din it-tema bl-isem Map of the Mediterranean.
Din il-poeżija tant qanqlet lill-kompożitur ibbażat f’Malta Luc Houtkamp u lil Guy Harries u Tom Armitage, li ħolqu kunċert bit-tema tal-migrazzjoni għall-Jum Dinji għar-Rifuġjati. Waqt li Antoine Cassar ser ikun qed jinterpreta l-poeżija tiegħu, il-grupp sperimentali ser idoqq kanzunetti ġodda li kiteb dan l-aħħar dwar il-migrazzjoni, il-Baħar Mediterran u l-kriżijiet attwali tar-refuġjati.
Map of the Mediterranean se jittella’ fil-Maori, il-Belt Valletta, bejn l-20 u t-22 ta’ Ġunju 2018.