Isma’ r-riħ, isma’ l-melodija.

Wasal iż-żmien għalik, ir-rakkontatur, biex tirrakkonta l-ġrajja.

Ingħaqad mal-Proġett Orfeo & Majnun u sir Rakkontatur/Animatur tal-Workshops

Qed infittxu rakkontaturi/animaturi tal-workshops minn diversi ġeneri artistiċi (teatru, żfin, mużika, vidjo…) biex isaħħru lil diversi komunitajiet bl-istejjer ta’ Orfeo & Majnun, teatru tal-emozzjonijiet dwar l-imħabba, it-telfa u x-xewqa.

Flimkien, se ngħaqqdu l-leġġenda tal-qedem Griega ta’ Orpheus and Eurydice mal-istorja famuża Għarbija tal-imħabba Layla and Majnun fi proċess ta’ workshops ta’ bosta aspetti, irrakkontat u mfassal mill-ġdid minn artisti ta’ ġeneri differenti, b’ċittadini mill-ġenerazzjonijiet u l-isfondi kollha.

F’Ottubru tal-2018 din it-taħlita twassal għal wieħed mill-ikbar proġetti ta’ Valletta 2018. Se jkun hemm parcours/parata fil-miftuħ li se tinkludi l-annimali u l-kreaturi mitoloġiċi, maħluqa minn ċittadini, u preżentazzjonijiet tax-xogħlijiet maħluqa mill-komunitajiet lokali matul il-workshops, kif ukoll produzzjoni tal-mużika-teatru.

Informazzjoni dwar il-Workshop: Taħriġ għal Min Iħarreġ

F’workshop tat-Taħriġ għal Min Iħarreġ, Airan Berg, id-direttur koartistiku tal-proġett, se jintroduċi lill-parteċipanti għall-metodoloġija tal-kokreazzjoni li se tintuża fil-proċess tal-workshop, b’referenza għall-istejjer ta’ Orfeo & Eurydice u Layla & Majnun.

Artisti u prattikanti kreattivi bħal diretturi tat-teatru, koreografi, artisti tal-vidjow/midja, artisti tar-rap, hip hoppers, artisti viżivi huma lkoll mistiedna biex ikunu membri ta’ dan il-grupp artistiku ta’ rakkontaturi/animaturi tal-workshops u biex jaħdmu maċ-ċittadini fuq it-temi tal-imħabba, t-telfa u x-xewqa. Il-parteċipanti għandhom ikunu midħla tal-Malti kif ukoll tal-Ingliż, u għandhom jaqraw it-taqsiriet minn din il-ħolqa.

L-iskop ta’ dawn is-sessjonijiet huwa li jintgħażlu grupp ta’ rakkontaturi lokali, li jaħdmu f’setturi/ġeneri differenti u li jkollhom esperjenza li jaħdmu f’sitwazzjonijiet parteċipattivi, li jista’ jkollhom ir-rwol ta’ mexxejja tal-workshops li jikkollaboraw mal-komunitajiet.

Il-proċess tal-workshops maċ-ċittadini mistenni jibda f’Diċembru tal-2017 u se jkompli, b’intensitajiet differenti, sal-preżentazzjoni finali f’nofs Ottubru tal-2018. Sa tmiem il-workshop, l-artisti għandhom ikunu kapaċi:

  • jintroduċu t-temi u l-istejjer ta’ Orfeo & Majnun lill-komunitajiet,
  • jiżviluppaw rabtiet bejn il-komunitajiet u l-proġett li jwasslu sabiex il-komunitajiet jipparteċipaw, f’ġeneri differenti, fi proċess kollaborattiv tal-kokreazzjoni, li jwassal għall-preżentazzjoni finali tal- kontribuzzjonijiet tal-komunità f’nofs Ottubru tal-2018.

Ingħaqad ma’ tim ta’ artisti internazzjonali f’serje ta’ skambji u kun parti minn proċess ta’ kokreazzjoni sostenibbli u fit-tul ma’ grupp ta’ ċittadini.

 

Skeda tal-Workshop: Ngħaqqdu r-Rakkontaturi!

Int mistieden tingħaqad magħna fi kwalunkwe waħda miż-żewġ sessjonijiet indikati hawn taħt.

L-attendenza hija bla ħlas.

Ir-rakkontaturi li se jintgħażlu wara l-workshops se jingħataw ħlas għall-workshops li se jmexxu mal-komunitajiet. L-iskeda ta’ dawn il-workshops se tiġi speċifikata meta jiġi finalizzat il-proċess tal-għażla. Il-parteċipanti finali se jiġu magħżula għad-diskrezzjoni tal-kodiretturi. Il-persuni kreattivi jitpoġġew fil-komunitajiet għad-diskrezzjoni tal-Fondazzjoni u skont il-ħtiġiet tal-proġett.

Sessjoni I

It-Tnejn, 4 ta’ Diċembru, 2017

10:00 – 15:00

Palazzo De La Salle, Valletta

Session 2

It-Tlieta, 5 ta’ Diċembru, 2017

15:00 – 20:00

Palazzo De La Salle, Valletta

Jekk interessat li tipparteċipa, indika s-sessjoni preferuta tiegħek fuq din il-formola tal- Google mhux iktar tard mill-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2017, nofsinhar.

Jekk ikollok kwalunkwe mistoqsija, jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected].

 

Orfeo & Majnun huwa kofinanzjat mill-Programm Creative Europe tal-Unjoni Ewropea.

creative_europe logo