Il-proġetti tagħna jwasslu l-kultura wara bieb kulħadd, waqt li jgħaqqdu l-viżjoni tradizzjonali ta’ ħajja Mediterranja arrikkita b’relazzjonijiet mill-qrib mal-familja, mal-ħbieb u mal-ġirien flimkien mal-prattiki kreattivi dejjem jikbru tal-gżira. Żur il-kapitali biex tiskopri t-temi diversi fit-toroq tal-Belt Valletta u l-madwar matul il-Ġimgħa tal-Ftuħ tagħna.

 

Pjazza Kriptika – Kunvent tal-Agostinjani

Fil-Kunvent tal-Agostinjani, bini ta’ ħames mitt sena, hemm spazju taħt l-art jistenna li jiġi esplorat. Il-kripta u x-xelters tal-gwerra se jinfetħu, u se jospitaw esibizzjonijiet komunitarju fi ħdan il-ħitan tal-ġebel affaxxinanti.

  • 15-20 ta’ Jannar – 09:00-12:00, 17:00-21:00

 

An Angle on the Anglican – St. Paul’s Anglican Pro-Cathedral & undercroft

Il-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, maħsub li se jiġi restawrat fis-sena li ġejja, se jiftaħ il-bibien tiegħu lill-pubbliku matul il-ġimgħa kollha. Dan se jippermetti lill-viżitaturi jieħdu togħma tal-istorja miktuba fil-ħitan tiegħu, hekk kif jimxu madwar l-apsidi tal-katidral maġiku u l-kripta li għadha kif ġiet restawrata.

Tours se jkunu disponibbli kuljum mit-Tnejn 15 sas-Sibt 20 ta’ Jannar. Il-Kanċillier tal-Katidral il-Kanonku Simon Godfrey se jkun involut fit-tours meta disponibbli, kif ukoll it-tim tal-Katidral.

  • 15-20 ta’ Jannar – 10:00-16:00
  • Tours fil-11:00 (MT) u s-14:00 (EN) kuljum