Il-Kummissjoni għal Vjolenza Domestika topera fi ħdan l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza.  Ir-rwol prinċipali tagħha hi li tagħti pariri lil Ministru konċernat dwar l-aspetti kollha tal-Vjolenza Domestika.  L-għan ewlieni hu li jkun hemm żieda f’tagħrif dwar dan il-qasam.  Dan isir billi jinħolqu kampanji b’temi speċifiċi sabiex jintlaħaq dan l-iskop ewlieni.  Dawn huma temi li ġeneralment huma mmirati biex jipprovdu messaġġi u informazzjoni edakattivi dwar kif il-persuni jistgħu jitolbu l-għajnuna bħala prevenzjoni.

Il-Kummissjoni ingħaqdet mal-artist Raymond Darmanin, u b’mod innovattiv jesprimi fl-arti tiegħu l-kumplessita’ tal-problema soċjali li hi l-vjolenza domestika.

Raymond Darmanin b’element ta’ kuraġġ daħal għal sfida billi għażel t-tema tal-vjolenza domestika.  Wieħed jammetti li din mhux tema tipikament tispira l-artisti, iżda Ray ippreżentaha b’mod kreattiv u oriġinali.

Huwa jirnexxielu jidħol fil-fond tal-attitudni negattiva li hija l-qofol ta’ din il-problema soċjali, u jikkuntrasthom mas-saħħa murijha mill-vittmi. Din is-saħħa hi riflessa f’ċelebrazzjoni ta’ movimenti u esebiti b’kuluri vivaċi.  L-artist jidher qed jesprimi li xejn ma jista’ jkisser l-ispirtu uman sabiex jkun ħieles u ferħan.

Din l-esebizzjoni hija riżultat ta’ diskussjoni estensiva bejn l-artist u professjonisti f’dan il-qasam.  Raymond Darmanin laqgħat il-kunċett ta’ vjolenza domestika u fehem il-perċezzjoni li teżisti fil-fond ta’ din il-problema soċjali.

It-tagħrif li akkwista, ittrasmettih fl-arti billi iffoka prinċipalment fuq it-tama.  Dan huwa messaġġ li ċertament għandu jiġi trasmess lil dawk l-individwi li b’xi mod jew ieħor qed isofru din l-forma ta’ abbuż.

L-esibizzjoni hija miftuħa għal pubbliku kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis bejn 12:00 u t-15:00.

Nhar il-Ħadd, 21 ta’ Jannar, l-pubbliku se jkollu l-opportunità jiltaqa’ ma’ l-artist.

 

Din l-esibizzjoni hija appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018.