Il-proġett jiffoka fuq ir-rikorrenza tal-figuri tat-taħdit kulturali fil-kultura, fl-arti u fil-letteratura Proto-Semitika u Indo-Ewropea – b’mod speċjali l-figuri tat-taħdit dwar l-għargħar, li jġarraf ordni partikolari u jġib id-diżordni. Imnebbaħ mill- Akkadjan Epic of Gilgamesh, Siegfried Kutterer se jwassal il-kompożizzjoni tiegħu ‘Gilgamesh’ lil udjenzi lokali.
Flimkien ma’ mużiċisti residenti, Kutterer – li huwa mħarreġ b’mod klassiku fit-tradizzjonijiet Ewropej u Karnatiċi – jesplora t-trażmissjoni storika tal-Karnatika għall-Ewropew permezz tal-Afrika ta’ Fuq, filwaqt li jinterpreta l-forom klassiċi u kontemporanji tat-trażmissjoni tagħha fi ħdan il-kuntest Mediterranju eklettiku. Ix-xogħol tiegħu ser ikun akkumpanjat b’vidjo ispirat mill-illustrazzjonijiet ġodda ta’ Monika Beisner għall-Epic of Gilgamesh, li hija pubblikazzjoni minn Pratt Contemporary, iddisinjata u prodotta minn Carlos Jimenez.
Gilgamesh 5000 se jittella’ fil-Bitħa tal-Palazzo De La Salle, il-Belt Valletta fil-15 ta’ Ottubru 2018.