Permezz tan-Netherlands, il-Kroazja, il-Brażil u d-deżert tas-Saħara, iċ-ċinema mobbli li jitħaddem bl-enerġija solari ser jerħilha lejn diversi spazji pubbliċi f’Malta u f’Għawdex. Solar Cinema joffri programm ikkurat ta’ films qosra lokali u internazzjonali, dokumentarji li jqanqlu l-ħsieb u animazzjonijiet u films li jittrattaw diversi kwistjonijiet, b’enfasi fuq it-temi tas-sostenibbiltà u tal-ambjent.
Il-viżitaturi ser jiġu mistiedna jġibu mħadda jew siġġu biex jaraw wirjiet fil-miftuħ u biex jibqgħu jiddiskutu wara tmiem il-film. Solar Cinema qed jaħdem ukoll fuq workshops ta’ films stop-motion għat-tfal b’temi ambjentali bis-saħħa tal-użu ta’ materjali riċiklati. Il-films qosra li jiġu prodotti fil-workshops ser jintwerew fuq bajjiet Maltin bejn Mejju u Ottubru tal-2018 biex jitgawdew mill-familji u mill-ħbieb tat-tfal!