Din is-sejħa għal proposti hija indirizzata lil diretturi u produtturi tal-films b’interess attiv fil-films qosra tal-poeżija b’mod ġenerali, u fil-poeżija Maltija moderna b’mod partikulari.
Il-proposta għal film tista’ titressaq minn individwu jew minn tim. Jekk tkunu qegħdin tapplikaw bħala tim, il-proposta trid titressaq minn rappreżentant individwali, iżda l-applikazzjoni għandha tinkludi l-firem tal-membri kollha kkonfermati tat-tim sad-data tat-tressiq tal-proposta.
Applikant jista’ jissottometti sa żewġ proposti, sakemm jindirizzaw żewġ poeżiji differenti u jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kull proposta. Madankollu, jekk iż-żewġ proposti jkunu ta’ suċċess, l-applikant ikun meħtieġ li jagħżel wieħed mit-tnejn biss għall-produzzjoni.
Id-data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet hija nhar il-Ħadd 8 ta’ April 2018.
Poetry on Film huwa proġett ta’ Valletta 2018 b’kollaborazzjoni ma’ Inizjamed li għandu l-għan li jiżviluppa s-settur tal-films tal-poeżija f’Malta permezz ta’ taħriġ, il-kummissjonar ta’ films tal-poeżija qosra li se jintwerew fil-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta annwali , u l-esportazzjoni tal-films kummissjonati. Il-proġett huwa ċentrali għall-istrateġija tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u Inizjamed biex jagħmlu l-poeżija aktar aċċessibbli u ħajja permezz tal-kollaborazzjoni u l-kokreazzjoni permezz ta’ dixxiplini artistiċi u media differenti.
Biex tniżżel il-linji gwida tal-Applikazzjoni, Appendiċi A u l-Formola tal-Applikazzjoni agħfas hawn:
– Linji Gwida tal-Applikazzjoni (Ingliż)
– Linji Gwida tal-Applikazzjoni (Malti)
– Appendiċi A
– Formola tal-Applikazzjoni (Ingliż u Malti)
Għal aktar informazzjoni, ibgħat email fuq inizjamedprojects@