Ħafna gżejjer fil-Baħar Mediterran għandhom stejjer uniċi u kurjużi x’ jaqsmu. Il-Calypso Project: Stories of Islands jistiednek tagħmel vjaġġ mużikali ma’ tnax-il gżira Mediterranja, fejn l-istejjer tagħhom jingħadu bil-mużika, bil-kliem u bl-istrumenti mużikali.
Familja ta’ mużiċisti magħmula minn missier, omm, iben u bint tar-rispett ser tkanta mużika folkloristika bit-Taljan, bl-Isqalli, bis-Sabir, bis-Sard u bl-Ispanjol, filwaqt li ddoqq fuq il-palk strumenti mużikali mhux tas-soltu – l-organistru, l-arpa tan-nijkel, il-lira, l-akkordjin, il-konċ, il-vijotrumbetta, l-autoharp u bosta oħrajn.