Ħafna drabi nispiċċaw nissieltu biex inżommu ħaj xi element li jqanqal is-sensi li jifforma tifkira għażiża għalina. Madankollu, biż-żmien it-tifkiriet ibattu. Ħafna drabi nippruvaw bil-kbir biex nippreservaw dawn it-tifkiriet. Mit-tpinġijiet fl-għerien ta’ Lascaux sal-ġeroglifiċi Eġizzjani, ir-razza umana għarfet minn kmieni li tifkiriet importanti ma għandhom jintesew qatt iżda għandhom jiġu ppreservati u mgħoddija bħala stejjer. Eluf ta’ snin wara, fuq il-gżejjer żgħar Maltin, l-abitanti lokali jilqgħu żewġ miljun persuna kull sena. Kull wieħed minnhom ifittex mumenti memorabbli, mumenti li jsiru tifkiriet, tifkiriet li jsiru stejjer. Stejjer differenti minn nies differenti miżmuma b’ħajta komuni, kollha jgħidu l-istorja tagħhom dwar ir-Ruħ ta’ Malta.
Ispirat mix-xenarju li kiber fih, l-artist Matthew Costa kontinwament joħloq kollezzjonijiet differenti ta’ tpinġijiet bil-linka, bil-għan li jaqbad u jżomm l-ispirtu li hemm fi ħdan it-toroq mimlija ħajja mal-kosta xemxija ta’ Malta. Biċċiet tal-arti żgħar, awtentiċi u ta’ valur, kollha bl-istorja tagħhom li trid tingħad. Il-biċċiet tal-arti se jkunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali fi prints b’edizzjoni limitata ta’ kollezzjonijiet varji, kif ukoll f’xogħol oriġinali u kummissjonat.
Soul of Malta huwa proġett appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.