The Art of Stained Glass and the Science Behind it: Proġett Kreattiv li qed isir xogħol fuqu matul din is-sena skolastika minn xi wħud mill-istudenti u membri tal-istaff tal-Iskola Sekondarja tal-Ħamrun fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, bil-gwida tal-prattikant kreattiv is-Sur Carmel Azzopardi.
Se jintramaw 24 tieqa tal-istained glass li joħolqu s-salib bi 8 ponot bi sfumaturi ta’ kuluri differenti u l-prodott finali se jkun għall-wiri fid-daħla tal-iskola.
Il-proġett iħaddan il-parteċipazzjoni tal-istudenti tal-iskola li ġew minn madwar il-Mediterran u l-Ewropa minbarra Malta, u li tinteressahom il-kultura Maltija, hekk kif is-salib bi 8 ponot kien is-suġġett li għażlu biex ikun għall-wiri. Il-membri tal-pubbliku jistgħu jaraw il-prodott finali fid-daħla tal-iskola minn Mejju 2018.
The Art of Stained Glass and the Science Behind it għandu l-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.