It-12-il edizzjoni tal-International Spring Orchestra Festival se tittella’ bejn is-6 u l-14 ta’ April 2018, u twiegħed li se tkun vjaġġ mużikali meraviljuż ta’ 9 ijiem, immexxi minn artisti lokali u mistiedna fil-Belt Valletta.
L-International Spring Orchestra Festival għandu produzzjoni tal-kompożitur Malti Karl Fiorini u jinkludi l-parteċipazzjoni tar-Rotterdam Ensemble b’direzzjoni ta’ Roberto Beltran. Il-festival huwa dwar mużiċisti, kompożituri u artisti li jitlaqqgħu flimkien hawn f’Malta biex jikkreaw esperjenza mużikali inkredibbli u jaqsmu mal-udjenza vjaġġ mużikali spettakolari. Tul l-ewwel 10 snin tiegħu, dan il-festival għadda minn suċċess wara ieħor biex jagħmel il-mużika f’postijiet kulturali storiċi madwar il-gżejjer Maltin tal-aqwa kwalità artistika. Din il-biċċa xogħol vibranti u enerġetika tikkontribwixxi f’ħafna aspetti tas-soċjetà Maltija, kemm dawk kulturali, ekonomiċi u edukattivi, u tħalli effett fuq il-kalendarju kulturali tal-istaġun.
L-International Spring Orchestra Festival huwa impenjat li jippreżenta għażla wiesgħa ta’ prestazzjonijiet minn artisti magħrufa lill-iktar firxa wiesgħa tal-pubbliku possibbli. Joffri wkoll mużika klassika eċċellenti li tista’ tintlaħaq faċilment, hekk kif il-kunċerti huma bla ħlas għal tfal ta’ 15-il sena u dawk li huma iżgħar, u joffri vetrina internazzjonali għall-kultura rikka ta’ Malta permezz ta’ programmar u wirjiet u innovattivi, kif ukoll impenn lejn xogħlijiet ġodda. L-International Spring Orchestra Festival jilqa’ s-sezzjonijiet kollha tal-pubbliku Malti u jagħmilhielhom possibbli li jesperjenzaw u jgawdu l-avvenimenti tiegħu, u jinkoraġġixxi lil kulħadd biex jipparteċipa fihom b’mod attiv.
Ara l-programm sħiħ hawn.