Mewġa Mużika huwa xogħol mużikali interattiv li l-kuratur tiegħu huwa l-grupp Portugiż Ondamarela. Il-programm għandu l-għeruq tiegħu fil-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni, u huwa miftuħ għal nies ta’ kull età u sfond mużikali. Jipproponi l-ħolqien ta’ prestazzjoni mużikali pubblika li tibni l-pontijiet permezz tal-mużika. Komunitajiet differenti jieħdu sehem f’workshop intensiv ma’ Maestro Tim Steiner, biex joħolqu orkestra tal-komunità kbira.

Ir-riżultat huwa kunċert uniku u li ma ssirx replika tiegħu, li jirrifletti t-tifkiriet, viżjonijiet tal-ħajja u kulturi differenti tal-komunitajiet involuti. Mewġa Mużika jsaħħaħ l-idea li ċ-ċittadini kollha jista’ jkollhom impatt kbir fuq inizjattivi artistiċi b’mod strutturat, rigoruż u spontanju, filwaqt li joħloq ukoll pjattaforma għal mużiċisti lokali mill-ġeneri u l-oqsma kollha tal-ħajja.

Qatt ħlomt li tkun f’orkestra? Issa huwa ċ-ċans tiegħek! Il-workshops għal parteċipanti (mużiċisti u dawk li mhumiex) li jixtiequ jieħdu sehem f’dan il-proġett huma miftuħin. Kun parti minn din l-orkestra tal-komunità għall-prestazzjoni li se ssir f’Settembru 2018!

Il-workshops se jsiru f’dawn id-dati:

Il-Ħamis 5 t’April u l-Ġimgħa 6 t’April mis-6pm sad-9pm fiċ-Ċentru Parrokjali Munxar, Għawdex.

Il-Ħadd 8 t’April mis-2pm sas-6pm ġewwa l-iSkola Primarja, Ħaż-Żebbuġ. Malta.

 

Min hu interessat għandu jimla din il-Google form biex japplika. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Erbgħa 4 t’April, f’nofsinhar.

Aktar informazzjoni dwar il-proġett tingħata waqt il-workshop.