L-ewwel darba li l-Orkestra Filarmonika Maltija marret barra minn xtutna kien fl-2001, u minn dakinhar, kompliet iddur aktar barra l-ibħra Maltin. L-istatus tagħha bħala l-unika orkestra professjonali ta’ Malta li tmur barra minn xtutna-u li tiltaqa’ ma’ udjenzi li mdorrijin jisimgħu gruppi żgħar ta’ mużiċisti magħrufin idoqqu mużika klassika-jgħin biex il-livell jibqa’ għoli.
Din is-sena, l-MPO se żżur il-Ġermanja u l-Awstrija, u se ddoqq f’postijiet rinomati fi Munich, Stuttgart, Wiesbaden, Berlin u Vjenna, liema kunċert se jittella’ l-ewwel fid-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt.
Il-kunċert bi rwol tiegħu ta’ ambaxxatur kulturali u esponent ta’ xogħlijiet lokali, se jinkludi xogħol mill-Kompożitur kontemporanju Malti Albert Garcia, li ngħata l-inkarigu speċjali għall-okkażjoni tal-MPO. Ix-xogħol Kewn (eżistenza) ta’ Garcia għall-orkestra u s-solo vjola, se jkun f’idejn il-Vjolista Amerikan David Aaron Carpenter.
Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Armenjan Sergey Smbatyan, l-MPO se tkun qed tagħti kunċert bil-pjanu minn Alexey Shor flimkien ma’ mużiċista Armenjan ieħor, il-Pjanista Nareh Arghamanyan.
Il-qofol tal-kunċert se jkun il-Ħames Sinfonija ta’ Tchaikovsky, li suppost kienet is-sitt waħda meta s-Sinfonija mhux magħduda ta’ “Manfred” hija kkunsidrata. Il-Kompożitur kellu entużjażmu partikulari għal dan ix-xogħol, sakemm spiċċa tabilħaqq iddispjaċut meta l-pubbliku ma wera ebda reazzjoni lejh. Iżda s-sinfonija, biċċa mużika repetittiva f’erba’ partijiet b’tema ewlenija rikorrenti li tesponi l-idea tad-destin, sadanittant saret ta’ importanza bla qies.
Dan il-kunċert għandu s-sapport tal-Fondazzjoni Valletta 2018.