Saret tradizzjoni għal dawk li jħobbu l-kultura tal-gżejjer Maltin li jżuru l-belt kapitali Għawdxija biex igawdu serata ta’ opra fit-Teatru Astra. Minn meta kien inawgurat fl-1968, l-Astra ospita xi wħud mill-aqwa talent tal-kant dinji – u fih saru fost l-isbaħ opri bħal Rigoletto, Il Barbiere do Siviglia, Aida u ħafna oħrajn. It-tenur Ta’ fama dinjija Joseph Calleja għamel id-debutt tiegħu b’Macbeth fl-1997.

Tul l-2018, l-udjenza se tkun tista’ tgawdi La Traviata ta’ Giuseppe Verdi li se ssir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif tat-Teatru Astra. Il-frażi telegrafika ta’ Gabriele D’Annunzio dwar Verdi, “colui che pianse ad amó per tutti” (hu beka u ħabb lil kulħadd) jiġbor fil-qosor il-ġenjalitá u l-ħila tal-Maestro. Il-frażi li jlissen D’Annunzio, li hu stess mhux ġdid għall-imħabba u d-dmugħ, tiġbor kollox dwar La Traviata. Forsi, fl-ebda opra oħra tiegħu, daqs La La Traviata, qatt Verdi ma kkonċentra l-essenza tal-ġenjalitá tiegħu fejn interpreta b’supremazija l-kundizzjoni umana fil-qawwa u d- dgħjufija tagħha. Waqt li jagħmel użu sħiħ mill-ħila drammatika u mis-sens kbir ta’ ironija li kellu dan ix-xoghol immortali ta’ Verdi jinżel fil-fond tal-kapriċċjożità fid-dawl tal-fidwa permezz tal-imħabba. Madanakollu ma hemmx mod kif wieħed jaħrab mill-veritá sakrosanta  li ma hemmx fidwa mingħajr it-tixrid tad-demm sew jekk hu fiżiku kif ukoll jekk hu spiritwali.

La Traviata togħla bħal feniċe mill-irmied jaqbad tas-sagrifiċċju tal-imħabba bħala xhieda dejjiema tas-saħħa superjuri tas-sess aktar “dgħajjef”. Tassew li xejn ma jista’ joqgħod f’nofs l-għeja ta’ Violet! Mhux b’kumbinazzjoni li isem l-erojina traġika huwa Violet, imma dan bi pjan. U xi pjan! Mhemmx ras isbaħ minn dik li tmil. Mhux ta’ b’xejn li Verdi kien ġeneruż fi ftit mill-mużika glorjuża tiegħu għal-libretto ta’ Enrico Maria Piave msejjes fuq id-dramm La Dame aux Camelias. Verament li mhux biss Violetta tista’ titqiegħed faċilment mal-aqwa erojini ta’ traġedji klassiċi ta’ kull żmien, iżda l-opra kollha bla dubju tgawdi prominenza, fost il-ħafna xogħlijiet ta’ Verdi u fid-dinja usa’ tal-opra Taljana.

La Traviata ma tmut qatt. Il-maniġment se jagħmel minn kollox biex jiżgura li La Traviata tkun memorabbli. Enrico Stinchelli se jagħmel produzzjoni ġdida speċifikament maħluqa għat-Teatru Astra, b’direzzjoni mużikali tal-Mro Philip Walsh.

La Traviata li taqa’ taħt il-Festival Mediterranea 2018 se tittella’ fil-25 u s-27 t’Ottubru 2018. L-opra hija parti mill-Programm Kulturali tal-Valletta 2018 u għandha l-appoġġ tal-Programm għas-Sapport tal-Kultura f’Għawdex.

Biex tibbukkja l-biljetti tista’ ċċempel lill-helpdesk fuq +35621550985 jew tibgħat email fuq [email protected]. Il-booking onlajn jista’ jsir minn www.teatruastra.org.mt