Il-Malta Short Film Festival huwa festival internazzjonali ta’ films qosra li jsir kull sena bi produzzjoni tal-Malta Film Foundation u jixxandar fuq TVM, l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni. Huwa l-uniku festival fid-dinja li jixxandar fuq stazzjon tat-televiżjoni nazzjonali, bis-sehem ta’ kritiċi bħala membri tal-ġurija li jkunu preżenti fil-programm. Din il-produzzjoni daħlet fl-għaxar sena tagħha. Il-festival rebaħ l-award tal-Aħjar Programm Kulturali fl-2009 fil-Malta Television Awards meta kienet saret l-ewwel produzzjoni tiegħu. Fl-2015 u fl-2017, kien ġie rikonoxxut mill-EFFE għal dik li hija kwalitá fil-produzzjoni tal-festivals (www.effe.eu).

Il-festival għandu l-appoġġ tal-Cultural Partnership Agreement permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti.  Avvenimenti oħra annwali li jsiru mill-Malta Film Foundation jinkludu l-Malta Film Expo u l-Malta Youth Film Festival. Żur is-sit www.maltafilmfoundation.com għal aktar informazzjoni.

Il-Malta Short Film Festival 2018 għandu l-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.