Il-ktieb tal-poeżija tas-sena wasal! Ilna ħames snin naqraw u niktbu u naħsbu f’poeżiji dwar il-patata u issa dawk il-poeżiji ġbarniehom fi ktieb. Il-ktieb jinkludi numru ta’ poeżiji bil-Malti tradotti għall-Ingliż, ghall-Friżlandiż u ghall-Olandiż kif ukoll numru ta’ poeżiji ta’ poeti Olandiżi u l-poeżiji tagħhom tradotti wkoll. Fih ukoll riċetti, esperjenzi u ritratti, fosthom tal-fotografa Maltija Giola Cassar. L-editriċi Maltija ta’ din l-edizzjoni hija Claudia Gauci.
Ingħaqdu magħna għat-tnedija ta’ dan il-ktieb li ma setax ikun possibbli mingħajr l-għajnuna ta’ ħafna nies minn oqsma differenti. It-tnedija se ssir nhar is-26 ta’ April fis-7.30pm għand Abdilla Importers/Exporters, Ta’ Qali. Waqt it-tnedija tistgħu tisimgħu ghadd ta’ poeżiji, tkomplu mal-banda kif ukoll tixorbu tikka nbid.
Dakinhar jitnieda wkoll il-film tal-poeżija maħdum minn Kenneth Scicluna li jagħti ħarsa lejn il-proċess kollu li bih tasal għandna l-patata, kif ukoll in-nies involuti f’dan il-proċess u l-proġett, Froukje De Jong ewlenija fosthom.
Dan il-proġett huwa proġett bejn Valletta 2018 u Inizjamed u bi sħab ma’ Leeuwarden 2018.
Din hija attività miftuħa għal kulħadd bla ħlas. L-attivita fuq Facebook tinsab hawnhekk: www.facebook.com/events/161199911175624
Disinn: Julinu
Din t’hawn taħt hija ħolqa għall-mappa tal-post. Il-post jinsab fit-tarf ta’ Triq l-Idward, Ta’ Qali, eżattament wara l-Ambaxxata Amerikana.