Jew le? Il-kafè u l-lejl huma żewġ xbihat ewlenin fil-poeżiji magħżula għall-proġett Poetry on Film. Bħas-snin li għaddew, Immanuel Mifsud, għażel numru ta’ poeżiji ta’ żewġ poeti Maltin – din id-darba ta’ Achille Mizzi u Oliver Friggieri – biex jiġu maħduma f’films tal-poeżija. Wara li sar is-seminar bis-sehem ta’ Adrian Grima u l-produtturi tal-films tas-sena li għaddiet; daħal numru ta’ applikazzjonijiet u saret l-għażla minn bord t’evalwaturi maħtur apposta. Imbagħad bdiet il-ħidma fuq dawn iż-żewġ films.

4

Il-poeżija Kafè ta’ Achille Mizzi se tinħadem f’film minn Ken Scicluna u Clare Azzopardi. F’din il-poeżija l-ħsejjes huma importanti ħafna u l-film iwiegħed li jikkapitalizza fuqhom.

Dur, dur …
inkaljatur,
kejla kafè karwatli
ħa nitħnu fil-mitħna.

Huwa film b’elementi sensorji qawwija. U t-tmiem tal-poeżija mhux mistenni; għax bħall-alkemista, ngħidu aħna jibdel metalli komuni f’deheb, il-poeta mill-kafè jwelled poeżija. Kif f’din il-poeżija jaħkem is-sens ta’ bidu, f’Il-lejl f’dan l-Istazzjon jaħkem is-sens ta’ tmiem.

Il-lejl f’dan l-istazzjon jasal ftit kmieni,
u dan kien l-aħħar vjaġġ. Vaguni suwed
jinħbew fid-dlam, u l-aħħar ħoss ibatti
u tbatti fija t-tama ta’ belt oħra.

Abigail Mallia u Carlos Debattista f’isem Take 2 ġew magħżula biex jibdlu f’film din il-poeżija ta’ Oliver Friggieri; poeżija mimlija xbihat qawwija li jkun interessanti naraw kif jiġu ppreżentati fuq skrin.

filming poetry on film

Matul il-filming ta’ Poetry on Film tas-sena l-oħra.

Iż-żewġ films jiġu preżentati għall-ewwel darba waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta li se jsir bejn it-23 u l-25 ta’ Awwissu 2018. Imma għalissa … inkomplu naqraw il-poeżiji, nixorbu l-kafè u norqdu mill-inqas.

Leanne Ellul
Inizjamed
Kordinatriċi – Poetry on Film