Il-proġett Oħloq Kultura kellu l-għan li jgħin studenti jkunu konxji minn Kapitali tal-Kultura, bħal Valletta 2018, b’mod divertenti u kreattiv. L-iskejjel li pparteċipaw ġew mistiedna jieħdu parti fil-verżjoni finali ta’ dan il-proġett, fejn dawn it-tfal se jippreżentaw il-kultura vvintata tagħhom, b’mod li jista’ jitqabbel ma’ kif il-kulturi jseħħu fil-ħajja reali, fil-parlament.
Fis-27 t’Ottubru, l-assemblea ċkejkna se tkun fil-Parlament fil-Belt Valletta flimkien mal-esibizzjoni. Artefatti esibiti matul il-ġimgħa tal-ftuħ ta’ Valletta 2018 li jirrappreżentaw 18 mill-kulturi, se jiġu esibiti matul iċ-ċerimonja tal-ftuħ li fiha se jitnieda wkoll il-ktejjeb “Oħloq Kultura” kif ukoll il-Paġna Wiki bl-informazzjoni kollha rigward dawn il-kulturi vvintati. L-esibizzjoni se tibqa’ fil-post sas-7 ta’ Novembru, fejn se jiġu distribwiti kopji tal-ktejbiet.
Dawn il-kulturi vvintati, bil-kalendarji kulturali u l-iskambji kulturali tagħhom, kif ukoll bin-negozjati bejn kull kultura vvintata għal kollaborazzjoni fil-futur, se jiġu diskussi fil-parlament. Din se tkun opportunità kbira biex l-istudenti jitgħallmu dwar id-diplomazija u r-relazzjonijiet internazzjonali.