Xagħret Mewwija ta’ Trevor Zahra huwa dramm ibbażat fuq kollezzjoni ta’ attivitajiet li saru matul is-sekli li ngħaqdu flimkien minħabba l-post fejn saru – l-għolja ta’ Xebb ir-Ras – il-post attwali tal-Belt Valletta.
Minħabba l-istorja mżewqa u varjata tagħha, il-belt hija ideali għan-narrattiva u din il-biċċa xogħol divertenti ssir aktar u aktar interesssanti minħabba li tħares lejn avvenimenti storiċi minn għajnejn wieħed mill-aktar invażuri mibgħud tagħna li qed jirrakkonta l-avvenimenti – ħadd aktar milli Dragut innifsu.
Inħarsu mill-ponta tal-Isla u quddiemna nimmaġinaw ilsien blat għeri. Nimmaġinaw it-tliet xhur tal-Assedju l-Kbir, dan l-ilsien blat jinbidel f’bejta tal-għadu, miżgħud kampijiet u tined ikkuluriti. Minn hawn tibda n-narrazzjoni ta’ Xagħret Mewwija; dramm li jagħmilha possibbli li l-udjenza tesperjenza l-istorja u l-iżvilupp tal-Belt Valletta. Ir-rappreżentazzjoni hija taħlita ta’ attivitajiet sinifikanti storikament, marbuta ma’ okkorrenzi ġeneriċi u xi immaġinazzjonijiet fittizji ta’ djalogi u interazzjonijiet bejn figuri famużi u storiċi.
Tim Kreattiv: Trevor Zahra (kittieb u disinn tal-kostumi); Joseph Galea u Carlos Farrugia (produtturi u diretturi); Carlos Farrugia, Charles Sammut, Joe Pace, Joseph Galea, Maria Farrugia, Rachel Micallef (attyru); Adrian Bartolo (disinn tad-dwal); Ryan Galea (fotografija u disinn tal-pubbliċità)
Xagħret Mewwija se tittella’ fi Spazju Kreattiv fil-5, 6, 7, 12, 13 u 14 t’Ottubru 2018.