Ejja ċċelebra t-tmiem tal-2018 magħna; se nkunu qed nagħtu merħba lill-2019 b’ċelebrazzjoni nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-palk ewlieni fi Pjazza San Ġorġ, filwaqt li noħolqu atmosfera maġika u allegruża fil-Belt Valletta. Din is-sena se tkun ċelebrazzjoni speċjali, minħabba li tikkonkludi s-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura tagħna.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ NYE huma organizzati mill-Fondazzjoni Valletta 2018, bil-kollaborazzjoni ta’ G7 events, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena se jinkludu lil Ira Losco, Xarulù, u bosta oħrajn. L-ispettaklu se jiġi ppreżentat minn Corazon, Owen Bonnici u Pierre Cordina. Aktar dettalji dalwaqt!