Esibizzjoni speċjali li se turi x-xogħol li ħareġ minn U19 Malta – CREATE YOUR WORLD se tkun imtella’ fiċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva, l-Esplora, fil-Kalkara bejn is-17 u d-29 ta’ Novembru 2018. Din l-esibizzjoni se timmarka kisba importanti li tirriżulta minn kollaborazzjoni ta’ sentejn bejn Valletta 2018 u Ars Electronica, li ssaħħett bil-kontribut għall-attivitajiet imwettqa mal-Esplora matul il-Presidenza Maltija tal-Kummissjoni Ewropea fl-2017.
L-esibizzjoni se tinkludi ‘Musical Weather Station’ ta’ Nicholas Conrad, li rebaħ il-‘U19 Malta Grand Prize’, l-App ‘Freehour’ ta’ Zack Ciappara, u ‘Astrobot” ta’ Mia Gauci u Amy Portelli, li rebbaħhom premju ta’ Distinzjoni. Matul din il-kompetizzjoni Mia Gauci u Amy Portelli ngħataw ukoll il-premju speċjali ta’ Esplora Under 14 għax-xogħol tagħhom. L-esibizzjoni se tinkludi wkoll ‘Music in the Capital’ u Toolbox for Peace’ ta’ Charlotte Formosa u Cara Borg Aquilina, it-tnejn li huma rebħu premju ta’ Mertu bil-proġetti rispettivi tagħhom, u ‘Fighting in the Arena’ ta’ Thiago Jo Said, li rebaħ il-Premju ‘Esplora Under 10’ .