DATA: 24/11/2018
ĦIN: 11:00 AM sas-1:30 PM
POST: Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta

Ippreżentat bil-kollaborazzjoni tal-European Foundation for Support of Culture.

SERGEY SMBATYAN Konduttur
INGOLF WUNDER Pjanu

Joseph Vella Rebbieħa, Op. 45
Alexey Shor Travel Notebook
Dmitri Shostakovich Symphony No. 5 in D minor, Op. 47

Il-kunċert tat-tour ta’ dan l-istaġun se jara l-orkestra tiftaħ b’Rebbieħa, poeżija sinfonika miktuba mill-mibki kompożitur Għawdxi Joseph Vella, u mbagħad jingħaqad magħhom il-pjanist Awstrijak Ingolf Wunder għal Travel Notebook suite for piano and orchestra ta’ Alexey Shor.

Miktuba xhur wara d-denunzja uffiċjali tiegħu,  fil-qofol tal-perjodu ta’ ripressjoni tal-Unjoni Sovjetika, il-Fifth Symphony tikkonkludi bil-finali allegruż li joħloq kuntrast qawwi mat-ton tal-bqija tax-xogħol. Jekk dan huwiex rappreżentazzjoni tat-tmiem eroiku tar-reġim jew satira hija ħaġa li għadu jsir dibattitu fuqha sal-ġurnata tal-lum.

Minbarra din ir-rappreżentazzjoni f’Malta, l-MPO Valletta 2018 International tour se jivjaġġa wkoll lejn PhiladelphiaNorth BethesdaNew YorkMoscow u Saint Petersburg bejn is-27 ta’ Novembru u s-7 ta’ Diċembru 2018. Agħfas fuq il-ħoloq biex tiskopri aktar!