The Strada Stretta Concept flimkien mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u d-dipartiment ta’ l-Istorja ta’ l-Arti fl-Università ta’ Malta, qed jippreżentaw ‘Migratio’.
Din l-installazzjoni artistika ser tiġi varata fil-5 ta’ Mejju, fit-8pm u ser tkun viċin tal-binja Splendid, fi Strada Stretta.
Migratio, hija proġett minn Ilaria Cuccagna, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci.
Kwotazzjoni ta’ Ilaria Cuccagna:
“Kont mixja ġewwa l-Imdina għal-ewwel darba, meta Giuseppe Schembri Bonaci beda jirrakkontali l-istorja ta’ din il-Belt Siekta u bdejt nosserva l-ħitan li qed jipproteġu ħafna stejjer.
Dr Schembri Bonaci kellu l-idea interessanti li nikkrejaw simbolu ta’ konnessjoni u tensjonijiet bejn iż-żewġt ibliet – il-kapitali tal-passat u dik tal-preżent. B’dan il-ħsieb u l-attrazzjoni li ħassejt lejn dawn il-ħitan, iddeċidejna li jiġi krejat forma tas-silicone, tal-ħajt tal-Knisja ta’ San Pietru fil-Ktajjen, ġewwa l-Imdina, u din il-forma tiġi ezibita ġewwa l-Belt Valletta, eżattament fi Strada Stretta.”
B’din l-installazzjoni artistika, Cuccagna ser tistieden lill-viżitaturi biex jirriflettu fuq l-istorja u l-kultura ta’ dawn iż-żewġt ibliet.
Għal aktar informazzjoni, nħeggukhom iżżuru s-sit ta’ Facebook ta’ Migratio.