Il-Belt Valletta se tintwera fl-aqwa tagħha matul iċ-Ċerimonja tal-Gradwazzjoni ta’ Year 11 (Form 5) fis-sala tal-iskola tal-Kulleġġ Santa Tereża, fl-Iskola Sekondarja, l-Imrieħel, il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2018. It-Tlieta 20 ta’ Marzu jkun hemm wirja miftuħa għall-pubbliku.
Din il-wirja, appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018, tgħaqqad l-arti viżiva mal-arti performattiva. L-istudenti kellhom l-opportunità jimxu fl-Istorja fil-belt sabiħa tagħna, Valletta. Kull student f’Year 11 kellu ċ-ċans iżur sit kulturali fil-Belt Valletta u flimkien mal-għalliema, ikkrea postcard biex jippromwovi: l-istorja, il-valur arkitettoniku u l-arti fil-belt kapitali unika tagħna – Il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Il-produtturi tal-wirja ppjanaw minn qabel biex jamalgamaw l-avvenimenti storiċi li qed jiġu ċċelebrati fil-Belt Valletta mal-kunċert tal-gradwazzjoni. It-tmien mitt metru kwadru ta’ din il-belt maestuża se jservu ta’ sfond matul iċ-Ċerimonja tal-Gradwazzjoni bit-titlu ‘A Female Musical Blast’.
Il-wirja ta’ siegħa u tletin minuta, li tikkonsisti fi tmien wirjiet taż-żfin, kollha relatati ma’ artisti internazzjonali nisa, se tkun introdotta permezz ta’ postcard qabel iż-żifna. Il-postcards se jservu ta’ introduzzjoni perfetta għal kull klassi, li hija parti integrali mill-wirja. Il-postcards inġibdu fi tmien lokalitajiet differenti madwar il-Belt Valletta u fihom jidher kull grupp jieħu sehem fiż-żifna filwaqt li juri s-sbuħija tal-wirt tagħna.
Waqt il-wirja, kull klassi se tesegwixxi żifna, koreografata mill-istudenti. Kull żifna se tintegra lill-istudenti kollha b’abbiltajiet u livelli differenti. Huma se juru kif tiġbor flimkien elementi bażiċi taż-żfin differenti biex tagħti wirja spettakolari. L-istudenti ħadmu flimkien biex jibnu l-props, id-dwal u l-effetti viżivi.
It-titlu attribwit għall-kunċert: ‘A Female Musical Blast’ ma ntgħażilx b’kumbinazzjoni. Intgħażlet din it-tema minħabba li l-istudenti tal-Year 11 tagħna huma kollha nisa u huma l-aħħar grupp magħmul kollu min-nisa fl-iskola tagħna minn meta din laqgħet lill-ewwel studenti nisa lura fl-1969. Il-wirja se turi dak li hu uniku u dak li jixxiebah f’kull waħda min-nisa żgħar sbieħ u l-karatteristiċi tagħhom. Turi kemm jistgħu jkunu b’saħħithom, sbieħ, fraġli u kemm huma kapaċi jegħlbu l-ostakli, u dik hija l-essenza tal-ġenerazzjoni futura tagħna.