Dokumentat bejn l-2009 u l-2012, ‘Broken Dreams’ huwa komponiment fotografiku tal-biża’ li jnissel tifkiriet dwar il-belt ta’ Nikosija u ż-żoni ta’ kunflitt fit-Tramuntana ta’ Ċipru li kien għall-wiri matul Pafos 2017.

L-esibizzjoni tagħmel parti minn A Tale of Two Cities – esibizzjoni fotografika transkulturali tal-artist u fotografu David Pisani, li x-xogħol tiegħu jesplora l-poeżija arkitettonika bħala metafora għall-kundizzjonijiet umani. Ix-xogħol ta’ Pisani kien għall-wiri fil-Biennale of Photography f’Pariġi fl-1996 u saret parti minn Kollezzjonijiet Permanenti tal-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Franza f’Ġunju tal-2000.
 

 

Id-dħul għall-Mużew Postali  ta’ Malta u ċ-Ċentru Ewlieni tal-Arti, il-Belt Valletta jinkludi aċċess għal erba’ sulari li jesploraw l-istorja postali f’Malta, bil-biljetti jiswew €5 għall-adulti, €2 għat-tfal u €3 għall-pensjonanti li jistgħu jinxtraw minn din il-ħolqa jew billi żżur il-mużew innifsu. Il-wirja Broken Dreams se tittella’ fit-tieni sular ta’ dan l-ispazju. Il-Mużew jiftaħ bejn l-10 u l-4pm. Se ssir lecture pubblika b’rabta mal-wirja fl-istess mużew fit-28 ta’ April – id-dħul għal din il-lecture huwa b’xejn.