Fil-qafas tal-koperazzjoni istituzzjonali tiegħu mal-Kapitali Kulturali Ewropea – Pafos 2017, l-Organizzazzjoni Teatrali ta’ Ċipru ser tniedi l-ewwel kollaborazzjoni tagħha mat-Teatru Nazzjonali tal-Greċja u mat-Teatru Nazzjonali tal-Greċja tan-Nord billi tippreżenta d-dramm Antigone.
Id-dramm huwa wieħed mill-ifjen xogħlijiet teatrali tal-Greċja tal-Qedem u tippreżenta l-kunfitt bejn il-liġi morali u l-liġi statali b’żewġ protagonisti li ma jistgħux jevitaw destin traġiku ormaj li ormaj ġa ġie deċiż u ordnat.
F’Antigone nsibu test politiku profond li fih il-ħtieġa tal-bniedem liberu li jgħix skont is-sistema tal-valuri personali tiegħu tħaqqaqha mal-attentat ta’ dominanza ta’ setgħa arbitrarja u arroganti. B’danakollu nistaqsu: possibbli li xi ħadd jirrappreżenta lis-soċjetà kollha biex b’hekk, allura, ikollu jedd jesiġi leġittimità universali u aċċettazzjoni tal-awtorità tiegħu? Antigoni tiddeċiedi li tidfen lil ħuha għax konvinta li l-liġi mhux miktuba tal-qalb hija ’l fuq mil-liġi umana.
Id-dramm huwa bbażat fuq traduzzjoni ta’ Dimitris Maronitis. Id-direttur huwa Stathis Livathinos.
Din il-preżentazzjoni ta’ Antigone ser tintwera nhar l-24 u l-25 ta’ Settembru fit-teatru Ancient Odeon, f’Pafos, Ċipru.
Il-biljetti jiswew bejn €8 and €17.
Għal iktar tagħrif ċempel jew ibgħat email fuq [email protected].