Tul is-seklu 19, ix-xogħol ta’ Hector Berlioz kien relattivament traskurat fi Franza, il-pajjiż fejn twieled. Tant, li huwa rrappurtat li l-aħħar kliem tiegħu kienu “fl-aħħar se jdoqqu il-mużika tiegħi” – għalkemm huwa kiseb aktar popolaritá fil-pajjiżi ġirien. Madankollu l-influwenza tiegħu fuq il-mużika klassika ma tistax tkun stmata żżejjed, u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni tas-surmast Raoul Lay se tesegwixxi żewġ xogħlijiet li jippreżentaw lil Berlioz bħala l-innovatur.
Għal din il-prestazzjoni, is-sopran Gillian Zammit se tingħaqad mal-orkestra għall-kant ta’ Les Nuits d’Été, ambjentata f’sitt poeżiji ta’ Théophile Gautier. It-tema ta’ dan ix-xogħol ddur mal-iżvilupp tal-imħabba, li tikber u tisbiħ fi żmien iż-żgħożija meqjusa innocenti, sal-uġiegħ tat-telfa tal-imħabba u t-tbegħid dejjem jiżdied tat-tifkiriet tagħha, għat-tama tal-aħħar tiġdid etern. Ftit kienu dawk li ppruvaw jimitaw il-ħolqien ta’ dan iċ-ċiklu mużikali, sakemm diċenji wara Mahler ħadem fuq dan il-ġeneru ta’ mużika.
Sadanittant, is-Symphonie Fantastique huwa eżempju bikri tal-mużika programmata: ir-rappreżentazzjoni mużikali ta’ artist li jieħu l-opju f’nofs id-disprament ta’ mħabba li mhijiex reċiprokata. Deskritt minn Leonard Bernstein bħala l-ewwel spedizzjoni mużikali fil-psikidelia, hija eżempju ewlieni tal-innovazzjonijiet ta’ Berlioz fl-iżvilupp tal- orkestrazzjoni u forom sinfoniċi. Dan il-kunċert huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.