Qatt ħsibt kemm hu sabiħ li jkollok opportunità li taqsam il-ktieb li tkun qrajt ma’ oħrajn li jħobbu l-letteratura bħalek? Taħseb li għandek bżonn taqra aktar imma għandek bżonn raġuni biex tagħmel dan? Tixtieq tiprattika l-lingwa Ingliża? Tixtieq tiltaqa’ ma nies ġejjin minn pajjiżi differenti biex taqsam magħhom il-ħsibijiet tiegħek? Dan kollu hu possibli meta tingħaqad mal-Klabb tal-Ktieb f’Għawdex, attività appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

Iltaqa’ magħna kull l-aħħar Erbgħa tax-xahar fl-10.30am fil-Librerija Pubblika Ċentrali ta’ Għawdex . Naqraw ktieb kull xahar u niddiskutuh meta niltaqgħu. Nistidnuk taqsam magħna l-opinjonijiet u l-ħsibijiet tiegħek dwar il-ktieb u suġġetti oħra relatati mal-istess ktieb. Kull opinjoni tgħodd!

Lista ta’ kotba li ser jinqraw matul din is-sena 2018:
31.1. The Kappillan of Malta by Nicholas Monsarrat
28.2. A Short History of Tractors in Ukrainian by Marina Lewycka
28.3. A Wild Sheep Chase by Haruki Murakami
25.4. The End of Your Life Book Club by Will Schwalbe
30.5. Little Lord Fauntleroy by Frances Hodgson Burnett
27.6. American Gods by Neil Gaiman
25.7. The Magic by Rhonda Byrne
29.8. Three Weeks with My Brother by Nicholas Sparks and Micah Sparks
26.9. Alamut by Vladimir Bartol
31.10. Miss Peregrine’s Home for Peculiar Children by Ransom Riggs
28.11. Love and War in the Apennines by Eric Newby
19.12. Happy for No Reason by Marci Shimoff

Niltaqgħu d-darba li jmiss.