Fit-23 ta’ Novembru, żur ir-Russian Centre for Science and Culture in Malta, biex tisma’ xi wħud mill-arias u arranġamenti operatiċi l-aktar maħbuba mill-udjenzi Maltin mis-sopran Andriana Yordanova. Studenti mill-Malta School of Music se jingħaqdu f’din l-attività. Dawn ġew ippreparati mill-għalliema tagħhom Andriana Yordanova, Joseph Agius, Miriam Cauchi, Jess Rymer, Rosetta Debattista, pianist Maria-Elena Farrugia u Irina Fedcenko-Carbonaro.
Se jkun hemm enfasi speċjali fuq it-tradizzjoni Operatika Russa fil-Gżejjer Maltin. Minn Rossini, Donizetti, Bizet, Offenbach u Verdi għal Tchaikovsky, Rachmaninoff u l-Malti Nicolò Isouard. Vjaġġ ippreparat minn mużiċisti stabbiliti u l-istudenti ta’ talent tagħhom. Il-kunċert qed jittella’ bl-appoġġ speċjali ta’ Valletta 2018, il-Malta School of Music u r-Russian Centre for Science and Culture in Malta. Il-kunċert jibda fis-7.30pm.
Segwi l-attività fuq Facebook għal xi aġġornamenti!