Get Your Act Together se tingħaqad mat-tim tal-festival li hemm wara Science in the City, Malta u se tippreżenta l-ewwel kollaborazzjoni fi Bright Club Meets Theatre. Din it-taħlita ta’ qari teatrali u stand up comedy bit-tema tax-xjenza se tittella’ f’The Royal British Legion Bar is-Sibt 10 ta’ Marzu mill-5pm ’l quddiem. Il-lejla se tinkorpora taħlita ta’ kummiedja bit-tema tax-xjenza u qari teatrali f’dan l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu.

Nibdew il-lejla bil-qari teatrali ta’ żewġ biċċiet, u wara kull qari jsir dibattitu bejn l-udjenza, l-atturi u l-mentors tagħhom (Eduardo Sáenz de Cabezón UR [Eduardo Sdc] u Domenico Castaldo). Gianni Selvaggi se jitkellem dwar il-kanċer, is-saħħa mentali u l-vizzji, filwaqt li Lizzie Eldridge se tiddiskuti l-komunitajiet tal-gżejjer u l-urbanizzazzjoni. It-tieni nofs se jkun fih serje ta’ stand up comedy plots ta’ 20 minuta mill-grupp tal-kummiedja bit-tema tax-xjenza Spanjol ‘The Big Van Science’ (Big Van Ciencia) u se tmiss temi bħall-ġenetika, il-batterja patoġenika u l-evoluzzjoni. Nispiċċaw il-lejla b’festin bit-tema tax-xjenza u l-ewwel drink mill-bar jingħata b’xejn ma’ kull biljett li jinxtara.

Il-lejla se titqassam hekk:

5:00pm – It-tieni qari tar-reċti ta’ Get Your Act Together

7:30pm – Waqfa

8:00pm – Bright Club Meets Theatre

9:00pm – Science Party

Id-dħul għall-qari tar-reċti huwa bla ħlas. Il-biljetti jiswew €9 għal The Big Van Comedy Show fit-8pm. Kull min ikun segwa l-qari jista’ jara l-kummiedja bit-tema tax-xjenza bi prezz imnaqqas ta’ €7.

Dan l-avveniment huwa parti minn Get Your Act Together, li hija parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018.