Kemm-il kwalità fundamentali tal-umanità tista’ ddeffes fi ftit sigħat? Dan l-avveniment approvat uffiċjalment mill-Fondazzjoni Valletta 2018 huwa librerija li tħeġġeġ storja ta’ ħajja emozzjonali: mimlija ferħ, nostalġija, maturita`, serenita`, tama, li tgawdi l-intensita` tal-ħajja kollha permezz ta’ mument uniku u maġiku ta’ sbuħija artistika, qawmien mimli ħajja u qawwa mużikali. Canta e Cammina-imxi u kanta. Imxi u kanta bil-paċi f’qalbek…imxi u kanta fit-tajjeb u fl-imħabba…imxi u kanta, tħallix it-triq.
Il-kor Għawdxi, Schola Cantorum Jubilate, li hu wieħed mill-aktar korijiet magħrufin f’Malta, se jkanta kemm a capella kif ukoll akkumpanjat minn diversi strumenti f’bosta naħat li jispirawk u mkejjen importanti fil-Kunvent ta’ San Mark-fil-Klawsura Agostinjana-fi vjaġġ immaġinattiv akkumpanjat minn gwida magħżula ta’ esperjenza u qari professjonali. Dan l-avveniment huwa maħluq biex ikun aċċessibbli u innovattiv, filwaqt li jenfasizza l-proċess innifsu u l-qrubija mal-udjenza waqt ir-rappreżentazzjoni.
Il-proġett jipprovdi t-taħlit ta’ mużika sagra f’post storiku partikulari importanti ma’ mawra ggwidata tal-istess post. Dan huwa innovattiv għaliex kulħadd (kemm il-kor kif ukoll in-nies preżenti) se jkunu qed jimxu minn post għal ieħor.
Dan l-avveniment se jittella’ fil-Kunvent ta’ San Mark, fil-Klawsura Agostinjana, Ir-Rabat, fit-12 ta’ Mejju 2018. Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.