Il-grupp teatrali viżjonarju Laika jipproduċi prestazzjonijiet strambi u sensorji bbażati fuq l-ikel, it-togħma u x-xamm. Flimkien ma’ Valletta 2018 Laika qegħdin jikkoproduċu Cantina, prestazzjoni li hija marbuta mad-dramm klassiku modern ta’ Bertold Brecht, Saint Joan of the Stockyards. It-tim immaġinattiv ta’ Laika jġib l-istil teatriku tiegħu f’dan il-proġett, u joffri prestazzjoni espressiva li tinvolvi direttament lill-udjenza tagħha; Cantina tirrinunzja adattazzjoni litterali tal-letteratura klassika moderna ta’ Brecht favur viżjoni ispirata u interdixxiplinari li tuża l-ikel biex tħares lejn il-klassi, il-kapitaliżmu u l-ġlidiet assoċjati magħhom.
Bl-għeruq tiegħu fis-solidarjetà, dan il-proġett multidimensjonali jinkludi wkoll workshops imfassla sabiex jesploraw il-valuri u drawwiet tal-ikel li għandhom għal qalbhom il-komunitajiet tagħna.
Cantina se jittella’ nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju u nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju bejn id-9pm-10.30pm u nhar il-Ħadd 13 ta’ Mejju bejn nofsinhar s-1.30pm f’Ta’ Qali (wara t-Teatru Grieg).
Google map hawn taħt:
Hawn taħt tista’ tara ftit ritratti minn rappreżentazzjonijiet ta’ Cantina li diġà saru biex tieħu idea ta’ dak li tista’ tistenna (ritratti minn Kathleen Michiels):