It-tħejjijiet għat-tieni edizzjoni tal-avveniment annwali Colour Fest li ser isir fil-Valletta Waterfront issa għaddejjin ġmielhom.

Il-bibien ikkuluriti ikoniċi tal-Valletta Waterfront, li flimkien mal-veduta storika tal-Port il-kbir iservu ta’ sfond għal tmiem il-ġimgħa divertenti għall-familja kollha, kienu l-ispirazzjoni ta’ dan l-avveniment. Dan ser jinkludi gruppi lajv, ħwienet żgħar, oġġetti mogħtija b’xejn, arti u artiġanat tat-tfal, divertiment u iżjed.

L-attivitajiet huma kollha b’xejn.

Għal iżjed tagħrif żur is-sit elettroniku tal-Valletta Waterfront.