Din il-produzzjoni kontemporanja hija bbażata fuq ir-rumanz grafiku popolari tal-1967, Corto Maltese: Una Ballata del Mare Salato ta’ Hugo Pratt, fejn qarrejja akkaniti kienu introdotti għall-ewwel darba mal-protagonist eponimiku tas-serje. Ambjentata fil-Paċifiku qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, in-narrattiva ssegwi l-avventuri awdaċi ta’ Corto Maltese, kaptan tal-baħar u kultant pirata b’ġibda għall-ivvjaġġar, it-teżor u l-avventura.
L-udjenzi ma jaqblilhomx jitilfu l-okkażjoni li jaraw dan l-adattament avventuruż tal-istorja oriġinali fejn il-baħri fuq ruħu tagħna jiltaqa’ mal-karattru enigmatiku Rasputin. Din il-produzzjoni kkulurita hija l-aħħar waħda f’inizjattiva li ilha għaddejja tat-Teatru Manoel Youth Opera li tagħti lil kantanti tal-opra żgħażagħ lokali pjattaforma sabiex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom filwaqt li jikkollaboraw ma’ professjonisti lokali u prattikanti Ewropej oħrajn. Il-produzzjoni se tittella’ fl-20 u fit-22 ta’ Settembru 2018. 8:30PM, fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta.