Fl-aħħar ‘Mistero Buffo’ jasal f’Malta wara tletin sena ta’ sforzi grotteski… sfortunatament mingħajr Dario Fo iżda fortunatament bl-eredi tiegħu, Mario Pirovano.
Strada Stretta Concept, taħt l-awspiċju tal-Fondazzjoni Valletta 2018 tippreżenta ‘Dario Fo A Malta’, monologi u workshop interpretat minn Mario Pirovano, taħt id-direzzjoni ta’ Giuseppe Schembri Bonaci.
Data: 14 ta’ Settembru 2017, 8:00PM, Strada Stretta, ħdejn Splendid. Id-dħul huwa b’xejn.
Bil-burlesk u l-grottesk bħala l-għodda l-aktar subversiva f’idejn Dario Fo u Franca Rame ġew trasformati f’armi letali kontra l-istabbiliment, kemm politiku, kif ukoll ekonomiku u ekkleżjastiku.
Kif jgħid Stuart Hood: Il-ġenju ta’ Fo kemm bħala attur kif ukoll bħala sintetizzatur tal-passat storiku jippermettilu jqajjem mill-mewt quddiem għajnejna u widnejna, filosofija antistorja li tipproponi bil-kuntrarju storja ta’ dak mhux miktub: l-istorja vera.
Bħall-balalu pur, il-‘Ġaħan’ Malti, l-Arlecchino Taljan imur fuq l-attakk: il-‘Ġaħan’ ikollu rwol ċentrali fl-istejjer bibbliċi kollha ta’ ‘Mistero Buffo’ għall-ewwel darba mill-għajnejn mhux tas-santi iżda mill-għajnejn ta’ balali puri. ‘Ġaħan’ ieħor jiskopri l-Amerika u naraw dan il-vjaġġ lejn il-qirda ġenoċidali mhux mill-għajnejn tal-eroj tal-armati u tal-bastimenti tal-gwerra iżda mill-għajnejn ta’ ‘Ġaħan’.
Il-ġlieda ta’ Dario Fo u Franca Rame kontra l-istabbiliment illum saret mit u leġġenda li kieku ma ħallsux għall-prezz reali: il-ħtif u l-istupru kollettiv ta’ Franca Rame minn persuni vjolenti Faxxisti, u x-xandir, il-preżenza tal-pulizija fil-produzzjonijiet kollha ta’ Fo, l-iskandlu Canzonissima, u ħafna oħrajn.
Dario Fo kien attur, drammaturgu, kummidjant, kantant, direttur tat-teatru, disinjatur tal-palk, artist, attivisti politiku għax-xellug Taljan u r-reċipjent tan-Nobel Prize għal-Letteratura fl-1997. Fi żmienu kien “l-akbar drammaturgu kontemporanju li kellu xogħlu interpretat fit-teatru dinji”. Ħafna mix-xogħol drammatiku tiegħu jiddependi fuq l-improvizzazzjoni u jinkludi l-irkupru ta’ forom “illeġittimi” tat-teatru, bħal dawk tal-gjiullari (atturi medjevali) u l-istil antik Taljan tal-commedia dell’arte.
Ir-rabta ta’ Dario Fo/Frana Rame u ta’ Mario Pirovano ma’ Malta tmur lura lejn tmiem is-snin tmenin b’‘Teatru Strada Stretta’ ta’ Giuseppe Schembri Bonaċi jorbot l-Għana Maltija mal-idea ta’ Fo u mal-iżvilupp tal-commedia dell’arte.
Giuseppe Schembri Bonaci iqis lil Dario Fo bħala wieħed mill-konsulenti ewlenin tiegħu. Minbarra li kien ir-rappreżentant uffiċjali ta’ Dario Fo f’Malta, Schembri Bonaci ttraduċa u dderieġa bosta xogħlijiet: Mistero Buffo, Johann ha scoperto l’America, Gli Arcangeli non giocano a flipper, u oħrajn.
Il-monologu se jiġi interpretat minn Mario Pirovano (t.Milan, 20 April 1950) li huwa attur teatrali, jirrakkonta l-istejjer, traduttur u interpretu tal-monologi ta’ Dario Fo. Il-prestazzjonijiet tiegħu jgħinu biex ixerrdu x-xogħol tal-arti ta’ Fo fid-dinja.
Mario Pirovano twieled fi Pregnana Milanese, villaġġ żgħir barra minn Milan. Fl-età ta’ 24 emigra lejn l-Ingliterra, fejn għal madwar 10 snin għamel bosta xogħlijiet. Fl-1983 ra lil Dario Fo u lil Franca Rame f’Mistero Buffo fir-Riverside Studios f’Londra, u minn hemm identifika ħajtu max-xogħlijiet ta’ Dario Fo. Sa mill-1983, Mario Pirovano ħa sehem fix-xogħlijiet kollha magħmula minn Dario Fo u Frana Rame bħala attur jew assistent produttur, direttur tal-palk, jew interpretu simultanju. Fl-1987 ma’ Fo u Rame kien attur fil-programm “Forced Broadcast”, li deher fi tmien episodji fl-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni (Rai 3). Fl-1991 ħa sehem fil-film ‘Blue Lights Murder’, dirett minn Alfonso Brescia.