Strada Stretta Concept, taħt l-awspiċju tal-Fondazzjoni Valletta 2018 tippreżenta ‘Dario Fo A Malta’, monologi u workshop interpretat minn Mario Pirovano, taħt id-direzzjoni ta’ Giuseppe Schembri Bonaci. Ejja ingħaqad magħna f’workshop bil-parteċipazzjoni ta’ Għannejja Maltin.

Data: 16 ta’ Settembru, 8:00PM, fi Strada Stretta ħdejn Splendid. Id-dħul huwa b’xejn.

Mario Pirovano se jtella’ workshop rigward il-monologi ta’ Dario Fo – Mistero Buffo u Johan Padan.

Inkluż ukoll:
Ir-rabta ta’ Dario Fo ma’ Malta, l-esperjenza ta’ Pirovano u workshop tal-atturi, Għannejja jkantaw Dario Fo inkluż il-varjazzjoni ta’ Karmenu l-Baħri u t-traduzzjonijiet ta’ Dr Giuseppe Schembri Bonaci, adattazzjonijiet tax-xogħlijiet ta’ Fo f’Malta, f’Pariġi u f’Moska.

Dario Fo kien interessat ħafna fuq l-adattament Għana ta’ Dr Giuseppe Schembri Bonaci ta’ Mistero Buffo, dirett u prodott xi snin qabel, bil-kollaborazzjoni ta’ ‘Karmenu l-Baħri’. Dr. Giuseppe Schembri Bonaci, direttur artistiku ta’ Strada Stretta Concept, kien ippreżenta reġistrazzjoni bil-vidjow ta’ Dario Fo tal-attività f’Malta. Kien kuntent ħafna li jara u jisma’ l-Għannejja Maltin jinterpretaw mill-ġdid ix-xogħol tiegħu b’mod tant rustiku u reali iżda sabiħ.

Il-workshop se jittella’ minn Mario Pirovano (t.Milan, 20 April 1950) li huwa attur teatrali, jirrakkonta l-istejjer, traduttur u interpretu tal-monologi ta’ Dario Fo. Il-prestazzjonijiet tiegħu jgħinu biex ixerrdu x-xogħol tal-arti ta’ Fo fid-dinja.

Mario Pirovano twieled fi Pregnana Milanese, villaġġ żgħir barra minn Milan. Fl-età ta’ 24 emigra lejn l-Ingliterra, fejn għal madwar 10 snin għamel bosta xogħlijiet. Fl-1983 ra lil Dario Fo u lil Franca Rame f’Mistero Buffo fir-Riverside Studios f’Londra, u minn hemm identifika ħajtu max-xogħlijiet ta’ Dario Fo. Sa mill-1983, Mario Pirovano ħa sehem fix-xogħlijiet kollha magħmula minn Dario Fo u Frana Rame bħala attur jew assistent produttur, direttur tal-palk, jew interpretu simultanju. Fl-1987 ma’ Fo u Rame kien attur fil-programm “Forced Broadcast”, li deher fi tmien episodji fl-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni (Rai 3). Fl-1991 ħa sehem fil-film ‘Blue Lights Murder’, dirett minn Alfonso Brescia.