It-Teatru Manoel f’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ser jospita l-avveniment mużikali Dvorak & Elgar – lejla ta’ mużika dejjiema.
Il-vjoliċellista Armen Narek Hakhnazaryan – li l-ġurnal The Washington Post irrefera għalih bħala “fenomenu b’esperjenza” – ser iżur Malta dan ix-xahar biex jagħti prestazzjoni tal-kompożizzjoni Cello Concerto in B Minor taħt id-direzzjoni tal-konduttur mixhur Grieg Michalis Economou.
Il-programm ser jinkludi wkoll il-kompożizzjoni tal-konduttur Economou Di-ichon. Din ser tinġieb lilna b’arranġamenti ġodda li saru apposta għal din is-serata. Din il-biċċa mużika ġiet ispirata minn Romeo u Ġuljetta ta’ William Shakespeare.
Is-serata ser tintemm bix-xogħol orkestrali Enigma Variations ta’ Edward Elgar. Din hija sett ta’ skeċis mużikali mnebbħa mill-personalitajiet ta’ xi wħud mill-ikbar ħbieb tal-kompożitur, fosthom martu u saħansitra huwa nniffsu.
Il-biljetti jinkisbu mis-sit uffiċjali tat-Teatru Manoel.
L-avveniment Dvorak & Elgar igawdi l-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.